Jittella’ fuq il-palk ‘’The Best European Show’’

Teatru Malta bi pjaċir iħabbar koproduzzjoni teatrali internazzjonali li bħalha qatt ma rajna! ‘’The Best European Show’’ huwa frott ħidma kollaborattiva bejn 5 teatri magħrufa li jiffurmaw parti mill-European Theatre Convention, li mistenni jtella’ spettaklu f’għadd ta’ pajjiżi differenti fosthom f’Malta, fi Frar 2024.  B’perspettivi minn 5 pajjiżi differenti, din il-produzzjoni mistennija twassal għal esplorazzjoni satirika ta’ kif nevalwaw u nħarsu lejn it-teatru Ewropew.

It-teatri parteċpi f’din il-koproduzzjoni, li huma xhieda ta’ kemm hi għanja l-kultura u l-kreattività Ewropea, huma Teatr Kochanowskiego w Opolu tal-Polonja, TeatroDue Parma tal-Italja, SNG Nova Gorica tas-Slovenja, Teatru Malta ta’ Malta, u Teatri Kombëtar i Kosovës tal-Kosovo. Dawn it-teatri ngħaqdu sabiex joħolqu produzzjoni li tifli bir-reqqa l-kritika kumplessa tat-teatru Ewropew. 

Fost l-aktar aspetti meraviljużi ta’ din il-produzzjoni hija d-diversità tal-kast, li huwa magħmul minn atturi bravissimi mill-pajjiżi kollha involuti. Id-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar, li se jieħu l-irwol ta’ Dramaturg, flimkien ma’ Gianni Selvaggi u Philip Leone Ganado, l-atturi magħżula għal Malta, se jibdew dan il-vjaġġ teatrali flimkien ma’ 20 professjonist f’dan il-qasam.  Dan il-grupp internazzjonali jwiegħed għal fuq il-palk,  għadd ta’ perspettivi, li jagħtu dimensjoni aktar rikka lin-narrattiva filwaqt li jidħlu aktar fid-dettall f’dak li għandu x’jaqsam mal-interpretazzjoni tad-dinamika tat-teatru Ewropew. 

L-imħuħ wara din il-produzzjoni internazzjonali ltaqgħu riċentement f’Opole, fil-Polonja, flimkien mal-kast, għal 8 ġimgħat intensivi ta’ provi, liema provi se jagħtu l-frott tagħhom f’spettaklu li se jittella’ f’Ottubru 2023. Taħt id-direzzjoni tal-maħbub Haris Pašović, it-tim qed jaħdem qatigħ, fejn ħoloq ix-xeni u rfina l-iskript biex jiżgura li l-udjenza tingħata esperjenza teatrali unika u indimentikabbli. 

Wara li l-ispettaklu se jittella’ fil-Polonja, it-tim teatrali mistenni jtella’ l-ispettaklu fl-4 teatri msemmija, matul din is-sena kif ukoll fis-sena 2024.

Dawn huma d-dati meta se jintwerew l-ispettakli:

  • Opole, fil-Polonja: 13 t’Ottubru, 2023
  • Parma, fl-Italja: 21 t’Ottubru, 2023
  • Il-Belt Valletta, f’Malta: 9 ta’ Frar , 2024
  • Nova Gorica, fis-Slovenja: 16 t’April, 2024
  • Prishtina, fil-Kosovo: 25 t’April, 2024

L-iskript, miktub minn Marko Bratuš u d-direttur Haris Pašović, iġiegħel lill-udjenza taħseb. U l-kreattività ta’ Bratuš u Haris Pašović mistennija wkoll tisfida l-perċezzjonijiet filwaqt li se titfa’ dawl fuq perspettiva ferm differenti tad-dinja teatrali Ewropea.

B’kollaborazzjoni mal-ETC Development Grant (kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea Creative EU), Teatru Malta żgura għotja ta’ €5,000 għar-riżorsi li se jiġi bżonn dan il-grupp teatrali biex jagħti ħajja lix-xogħol tiegħu. Hekk kif iż-żmien qed joqrob, żommu ruħkom aġġornati b’intervisti esklussivi, titwiliet minn wara l-kwinti u aġġornamenti dwar il-vjaġġ li se jagħti ħajja lil ‘’The Best European Show’’. Teatru Malta huwa kburi li jifforma parti minn din il-kollaborazzjoni u se jaħdem sabiex dan l-ispettaklu jittella’ f’Malta, fi Frar 2024. Din il-produzzjoni mhix biss kisba għall-qasam teatrali iżda hija wkoll ċelebrazzjoni tal-għaqda, diversità u l-kapaċità tal-kollaborazzjoni fid-dinja teatrali. 

Ħriġna Għall-Marċ

Teatru Malta se jkun parteċpi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride 2023, hekk kif se jipprovdi lill-pubbliku   b’kapolavuri sartorjali dritt mill-gwardarobba teatrali tiegħu bil-għan li kulħadd ikun iċ-ċentru fil-marċ, li mistenni jseħħ fi sfond imlellex u brijuż. 

Aħtaf dan iċ-ċans tad-deheb biex tiġi tifli l-gwardarobba estensiva tagħna u tagħżel b’kemm trid kostumi li tixtieq iżżanżan waqt il-parata fis-16 ta’ Settembru li ġej. Trid twiegħdna ħaġa waħda biss! Li tiddandan kemm tiflaħ.

Għal min ikun irid xi parir, se jkollna preżenti lil min jieħu ħsieb il-kostumi tagħna biex jagħti pariri siewja dwar l-aħjar stil. L-għajnuna se tkun hemm għal min jixtieqha.

Jekk int interessat biex tikseb xi kostumi għidilna ftit dwarek billi tibgħat e-mail lil Luke, li jieħu ħsieb il-gwardarobba estensiva ta’ Teatru Malta fuq, luke@teatrumalta.org.mt

Kif intagħżel il-kast ta’ FI DO (Le, mhux il-klieb)

Teatru Malta għandu għan ewlieni, dak li jispira u jimmeravilja l-imħuħ kreattivi taż-żgħażagħ bi prattiċi teatrali li jkabbru l-għarfien f’dan il-qasam. Teatru Malta jwettaq dak li jwiegħed billi jagħti l-ħajja lill-politika edukattiva u dik tal-komunikazzjoni bis-saħħa ta’ proġetti inkredibbli bħalma hu FI DO, li jinsab disponibbli għall-istudenti. U issa taraw, x’rigal ksibnilhom!

Ingħaqadna mal-grupp teatrali stabbilit, Manifesto Poetico, li huwa mmexxi minn Carlos García Estévez u Paige Allerton. Estévez u Allerton huma esperti fil-qasam teatrali fejn kapaċi joħolqu teatru inklussiv u għal kulħadd, mill-kbir saż-żgħir. Tistgħu żżuru www.manifestopoetico.com biex taraw uħud mix-xogħlijiet tagħhom. Konna ċerti li dawn se jkunu l-aqwa msieħba li stajna nsibu għal din l-avventura kbira, hekk kif ħadmu fuq għadd ta’ proġetti edukattivi u komunitarji.

Iżda stennew ftit, hemm ħafna aktar minn hekk! Teatru Malta ddeċieda li jingħaqad ukoll mal-erba’ istituzzjonijiet pubbliċi: MCAST (Malta College of Arts, Science and Technology), l-Università ta’ Malta – Skola tal-Arti Performattiva, MVPA (Malta Visual and Performing Arts
School), u MSDD (Malta School of Drama and Dance). Ħriġna sejħa fost l-istudenti, offrejnielhom ħlas żgħir u x’taħsbu li ġara? Xi wħud aċċettaw l-isfida! Xtaqna li jkollna aktar interess u konkorrenza iżda ma ninsewx li dan huwa l-ewwel proġett tagħna ta’ din ix-xorti, apparti li tlabna lill-istudenti li jkunu disponibbli b’mod regolarissimu.

Isimgħu din però. M’aħniex qed inħalluhom jaqdfu għal rashom. Impjegajna tliet esperti b’ħiliet mill-aqwa fil-kast: spettakli bil-marjunetti, arti taċ-ċirkli u teatru ta’ fiżikalità. Dawn il-professjonisti se jaħdmu flimkien ma’ studenti b’talenti varji taħt id-direzzjoni ta’ Manifesto Poetico – l-istudenti li se jidħlu għal din l-avventura huma Maya Mifsud mill-MCAST, Alessandra Sgobio mill-Università ta’ Malta, Matteo Calleja Tonna mill-MVPA u Ema Sintayu Pantovic u Sarah Azzopardi mill-MSDD.

Dan huwa ċans tad-deheb għal dawn l-istudenti biex jaħdmu ma’ esperti biex ikomplu jitgħallmu, itejbu l-ħiliet u jibbrillaw. Nittamaw li din l-esperjenza jkollha impatt qawwi fuq il-vjaġġ artistiku tagħhom u tispira aktar studenti biex jaħtfu opportunitajiet tajbin bħal dawn, għall-karrieri futuri tagħhom.

Teatru Malta jinsab ħerqan biex jidħol b’ruħu u b’ġismu għal dan il-proġett esperimentali. Diġà qed jaspira għal opportunitajiet inkredibbli oħrajn, fosthom produzzjonijiet innovattivi, li l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna jistgħu jibbenefikaw minnhom. Għalhekk żommu sew iċ-ċineg, l-aħwa! L-istudenti ta’ Teatru Malta se jħarrbu l-karattri tagħhom u se jieħdukom fuq vjaġġ maġiku tat-tferfir!

DAWRA DURELLA, RAJTU ŻIGARELLA! ISSA EJJEW!

It-teatru jista’ jkun forma ta’ attiviżmu jew protesta. Is-Siġar misterjużi mdawwrin b’drapp roża kienu fuq fomm kulħadd din il-ġimgħa. Ħafna nies staqsew jekk is-siġar humiex ħa jinqatgħu jew forsi jagħmlux parti minn xi protesta. Pero’, kif diġa żvelajna, hemm spjegazzjoni għal din: iva, aħna konna!

Dawn is-siġar jagħmlu parti minn kampanja għall-produzzjoni ‘Dik is-Siġra f’Nofs Ta’ Triq’. Din il-produzzjoni straordinarja miktuba minn Immanuel Mifsud, ser tittellgħa f’Ġunju għall-ftuħ tal-Malta International Arts Festival, u ser tirrakkonta l-istorja ta’ siġra grandjuża li tinsab fil-qalba ta’ triq fejn is-sigrieti jiġu maqsuma ma’ kull min jgħaddi. It-tensjoni bejn il-passat u l-preżent ser tkun qed taffettwa kull tama’ ta’ progress permezz ta’ narrativa maġika. L-istorja tiffoka fuq is-siġra, li tassorbi l-għarfien u l-esperjenzi tar-residenti tat-triq. L-udjenza preżenti ser tittieħed fuq vjaġġ mistiku li jesplora l-kumplikazzjonijiet tal-konnessjonijiet umani, il-kunflitt tal-opinjonijiet, u l-ġlieda komuni bejn it-tradizzjoni u l-moderniżmu. Hekk kif Teatru Malta żvelaw li huma ħatja, l-eċitament għal-ftuħ ta’ Dik Is-Siġra f’Nofs Ta’ Triq qiegħed kull ma’ jmur, jiżdied. 

L-għan kien li nqanqlu l-kurżita fost il-pubbliku. Ikollna nammettu li ridna nsaħħrukom. Kull biċċa drapp kellha sservi bħala stedina sigrieta biex nibdew vjaġġ ta’ skoperta mal-għoxrin kast, u sabiex tħajjar lil dawk fostna li huma kurjużi jaraw din l-istorja maġika tiżvolgi waqt li jsegwu l-atturi. Jekk rajt siġra mdawwra b’drapp roża, nittamaw li s-seħer tagħna ħadem u tistaw tingħaqdu maghna!

Jekk dan ir-rakkont tal-passat u l-preżent, il-wegħdiet u l-kunflitti huma affarijiet li qiegħdin jolqtuk, wasal iż-żmien li tassigura l-post tiegħek fl-udjenza. Titlifx l-opportunità li tara esperjenza eċċezzjonali ta teatru li jimxi! 

Dan il-proġett qed iseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. għall-Malta International Arts Festival, organizzat minn Festivals Malta u huwa megħjun minn MCAST u l-Kunsill Malti għall-Arti.

 

TAĦDEM FIL-QASAM TAT-TEATRU? TEATRU MALTA GĦANDHOM TLIET OPPORTUNITAJIET EĊĊITANTI GĦALIK!

Teatru Malta għadu kif nieda TLIET opportunitajiet eċċitanti immens! Jekk int prattikant u tixtieq tiżviluppa ħiliet ġodda u titgħallem mingħand esperti internazzjonali, kittieb li qed tfittex li tagħmel aktar riċerka u tiżviluppa l-iskript jew kitba teatrali tiegħek permezz ta’ workshop bi gwida u sessjonijiet ta’ feedback, jew forsi disinjatur tad-dawl jew tekniku li qed tfittex workshops biex tipperfezzjona xogħlok fuq il-palk tat-Teatru Manoel, mela żgur li għandna xi ħaġa għalik jekk tapplika għal waħda minn dawn l-opportunitajiet.

Qabditek kurżità? Mela ara ġej aktar tagħrif dwar dawn l-opportunitajiet!

Għal IL-KLASSI TAS-SURMAST ser tkun mistiedna l-kumpanija teatrali ta’ fama dinjija Rimini Protokoll biex twassal l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-istess il-Klassi tas-Surmast. Is-sessjonijiet se jkunu mmexxija minn Stefan Kaegi u Caroline Barneaud, b’ħamest ijiem iddedikati għal xogħol intensiv f’ambjent naturali fl-Imġarr għall-15-il applikant magħżul. Bil-gwida tagħhom, persuni li jaħdmu fil-qasam tat-teatru se jiksbu ħiliet u esperjenza dwar il-qsim ta’ ideat ma’ xulxin u se jaħdmu flimkien lejn ir-risponsi performattivi u effimeri li jesploraw id-dinja tal-pajsaġġi tal-prestazzjoni. Interessat? Applika llum billi tikklikkja hawn! Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija t-23 ta’ Mejju 2023.

STUDIO FRANCIS EBEJER hija inizjattiva ġdida ta’ xogħol teatrali f’koproduzzjoni mat-Teatru Manoel, li tipprovdi lil dawk li jaħdmu fil-qasam tat-teatru bl-għodda xierqa biex iwettqu riċerka u jiżviluppaw l-iskripts jew il-kitbiet teatrali tagħhom permezz ta’ workshops u sessjonijiet ta’ feedback, li jirriżultaw fi kwalità artistika aktar b’saħħitha. Din l-inizjattiva hija organizzata minn Teatru Malta u Teatru Manoel li jixtiequ jassigurawlha postha bħala s-suċċessur naturali tal-Atelier Francis Ebejer u l-Premju Francis Ebejer, imnedija fl-2018 u fl-1995 rispettivament. L-applikanti li jintagħżlu se jingħataw aċċess għar-riżorsi tal-Istudjo Francis Ebejer, inkluż spazju għall-provi, mentors jew konsulenti, iżda wkoll settijiet żgħar, props, kostumi, atturi u kollaboraturi kreattivi. Interessat? Applika llum billi tikklikkja hawn! Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-15 ta’ Ġunju 2023.

XENI hija l-masterclass tagħna dwar ix-xogħol ta’ wara l-kwinti f’koproduzzjoni mat-Teatru Manoel, immexxija minn professjonisti tad-disinn tat-teatru, tal-arti tal-palk, jew tal-maniġment, għal persuni fil-qasam tat-teatru emerġenti interessati li jaħdmu wara l-kwinti. Il-masterclasses kollha se jsiru fuq il-Palk Prinċipali tat-Teatru Manoel. Din is-sena, se nkunu qed niffukaw fuq id-disinn tad-dawl mad-disinjatur tad-dawl mir-Renju Unit rinomat, Ben Ormerod, fejn l-applikanti mbagħad ser jingħataw iċ-ċans li jingħaqdu ma’ wieħed mill-Proġetti tagħna ta’ Studio Francis Ebejer, biex jaħdmu fuq id-disinn tad-dawl għall-vetrina li se ssir fit-8, id-9, u l-10 ta’ Settembru 2023, taħt is-superviżjoni u l-konsulenza ta’ Ben Ormerod. Interessat? Applika llum billi tikklikkja hawn! Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-1 ta’ Ġunju 2023.

Għal aktar tagħrif dwar l-aktar opportunitajiet riċenti ta’ Teatru Malta, jekk jogħġbok żur www.teatrumalta.org.mt jew ibgħat email fuq contact@teatrumalta.org.mt.

L-Applikazzjonijiet Huma Miftuħin Għal Il-Klassi tas-Surmast ma’ Rimini Protokoll

Il-kumpanija tat-teatru magħrufa mad-dinja kollha Rimini Protokoll ġiet mistiedna biex twettaq l-edizzjoni ta’ Il-Klassi tas-Surmast ta’ din is-sena.

Qed infittxu sa 15-il prattikant tat-teatru enerġetiku biex jipparteċipa f’din il-masterclass. Is-sessjonijiet se jitmexxew minn Stefan Kaegi u Caroline Barneaud, li se jiddedikaw ħamest ijiem ta’ xogħol intensiv f’inħawi naturali. Bil-gwida tagħhom, dawk li
jaħdmu fid-dinja tat-teatru se jiksbu ħiliet u esperjenza dwar il-qsim tal-ideat ma’ xulxin u jaħdmu flimkien lejn ir-reazzjonijiet ta’ prestazzjoni u effimeri għall-arti tal-art tal-arti viżiva.

CV artistika, ritratt u ittra ta’ motivazzjoni ta’ 300 kelma għandhom jintbagħtu fuq contact@teatrumalta.org.mt sat-23 ta’ Mejju
2023, f’nofsinhar CET. Jekk jogħġbok ikkuntattjana biex tgħarrafna jekk għandekx xi rekwiżiti ta’ aċċess.

GĦAXAR AFFARIJIET SOSTENIBBLI LI NISTGĦU NAGĦMLU

Wara li attendejna l-forum ‘Where to Land’ fi Strasburgu fejn 100 profressjonisti li jiffurmaw part mill-UE ltaqgħu biex jiddiskutu politiki sostenbbli fit-teatru fl-2022 u għadd ta’ diskussjonijiet f’forum Ewropew, aħna żviluppajna 10 affarijiet realistiċi li bihoom nistgħu nsiru aktar sostenibbli.

  1. Qed inniedu programm pop-up waqt il-Fiera tar-Rebbiegħa tagħna biex innaqsu l-ammont ta’ programmi li nistampaw. Ser niddistribwixxu l-programm onlajn u ser ikollna programm pop-up maqsum fuq medda ta’ jumejn waqt il-Fiera tar-Rebbiegħa biex innaqqsu l-istampar. 
  2. Ser inħaddnu l-prinċipju li Ma Nħallux Traċċi biex niżguraw li s-siti li jintużaw minna jitħallew nodfa jew aktar nodfa minn kif sibniehom – Ser ikun impenn tagħna li nħallu l-postijiet jitħallew nodfa jew aktar nodfa minn meta wasalna aħna biex innaqqsu l-impatt ambjentali tagħna.
  3. Deċiżjonijiet konxji fuq l-enerġija u l-materjal li jintuża għad-disinn tas-setts u d-direzzjoni tal-produzzjonijiet – Ser inkunu qed nagħmlu deċiżjonijiet konxji dwar l-enerġija u l-materjal li jintuża meta nkunu qed noħolqu s-setts u l-props u nagħtu d-direzzjoni għall-produzzjonijiet.
  4. Inħeġġu r-reċiklar tas-setts u l-props għal kull produzzjoni – Ser inħeġġu r-reċiklar u l-użu mill-ġdid tas-setts u l-props għal kull produzzjoni.
  5. Il-produzzjonijiet tagħna ser ikollhom aktar spettakli. B’hekk innaqsu n-neċessità li l-produzzjonijiet ikunu varati għal ftit jiem biss. B’hekk innaqqsu l-impronta tal-karbonju.
  6. Il-Programm “Bring it Back” biex jintużaw u nirreċiklaw setts, props u materjal kreattiv billi nerġgħu nvaraw l-produzzjonijiet mill-ġdid – Il-programm “Bring it Back” tagħna ser iħallina nużaw is-setts u l-props minn produzzjonijiet passati biex nimminimizzaw il-ħela filwaqt li nkunu nistgħu nisfruttaw l-materjal kreattiv u fiżiku li nħoloq mill-aktar nistgħu.
  7. Il-politika biex in-nies iġibu l-kontenituri tagħhom stess biex innaqqsu l-użu tal-plasik li jintuża darba billi nipprovdu kontenitu minflok tazzi tal-plastik – Se nnaqqsu l-konsum tal-plastik billi nipprovdu kontenitur lill-atturi biex jiżaw minflok tazzi jew fliexken li jintremew wara li jintużaw.
  8. Il-promozzjoni ta’ mezzi ta’ trasport li huma konxji tal-ambjent bħall-carpooling biex innaqqsu d-dipendenza fuq karozzi privati – Ser inkunu qed naraw kif l-atturi tagħna jkunu jistgħu jaddottaw il-prassi ta’ carpooling biex innaqqsu l-impronta tal-karbonju.
  9. Meta nġibu artisti minn barra minn Malta, ser nippruvaw inżidu l-ammont ta’ ġranet li jqattgħu f’Malta u nfittxu kollaboraturi li jkun jieħdu vantaġġ mill-ħin ta’ dawn l-artisti wkoll. B’hekk inkunu nagħmlu l-aktar li nistgħu meta jivvjaġġaw s’hawn.
  10. Nibqgħu voċiferi u impenjati biex ikollna sistemi ta’ kontabilità, kuntratti u pagamenti jsiru onlajn. Filwaqt li nippjanaw li nilħqu dan kollu f’perjodu mezzan, billi huwa soġġett għall-proċeduri tal-Gvern, aħna qed naħdmu fuqha minn wara l-kwinti.
  11. Promozzjoni voċifera ta’ kisbiet sostenibbli għal kull produzzjoni. B’hekk inżidu l-għarfien dwar prattiki sostenibbli – Ser inkunu qed naqsmu l-prattiki sostenibbli u l-kisbiet tagħna mal-udjenza tagħna biex nispiraw lil ħaddieħor biex jieħdu azzjoni.

Fuq fuq, l-għan tagħna huwa li kull produzzjoni ssir aktar sostenibbli billi nieħdu passi aktar konxji biex innaqsu l-ħela, innaqsu l-impronta tal-karbonju tagħna, u nżidu l-għarfien ta’ prattiki sostenibbli. 

IL-MANIFEST TA’ TM

Introduzzjoni għall-Manifesto 

WARA ‘IT-TEATRU HUWA MEJJET’

‘It-Teatru huwa Mejjet’ ta’ Frederick Kiesler kien manifest miktub fuq paġna waħda għall “Esposizzjoni tat-Teatru Internazzjonali” fl-1926. Fl-ispirtu ta’ Frederick Kiesler, refuġjat Lhudi minn Chernivtsi, l-Ukrajna, u artist li sfida l-konfini tat-teatru u l-arkitettura, Teatru Malta tixtieq tesplora possibilitajiet ġodda għall-istrateġiji u l-politiki.

Bħala organizzazzjoni li għada żgħira, affaċċjajna ammont numeruż ta’ xkiel; minn klimi politiċi li kontinwament qed jinbidlu sa ostakli amministrattivi u riżorsi limitati. Minkejja dan kollu, aħna u nidħlu fl-uffiċini l-ġodda tagħna, nibqgħu kommessi lejn il-missjoni tagħna li noħolqu xogħol ta’ ċertu stoffa u li huwa innovattiv li jirrifletti id-diversità u l-kumplessità tal-organizzazzjoni tagħna. Aħna eċitati dwar dak li hu ġej.

Ir-realtà attwali tagħna hija waħda mimlija limiti u insiguratjiet li minħabba fihom ma nistgħux inwegħdu strateġija globali bħalissa. Imma, b’dan il-manifest, għandna l-għan li nisfidaw in-norma u mmorru lil hinn mill-istrateġiji nazzjonali tat-teatru. Aħna ħlaqna dan il-manifesto fil-kuntest ta’ diskussjonijiet mal-kollaboraturi tagħna, nies assoċjati magħna u kollegi. 

Aħna nirrikonoxxu l-bżonn li nindirizzaw problemi pressanti fix-xena lokali bħal paga ġusta għall-atturi u n-nuqqas ta’ spazji għall-provi. Fl-istess ħin, nemmnu li rridu nindirizzaw ir-rwol tat-teatru f’dinja li qed tinbidel b’pass daqstant mgħaġġel.

Billi nirrifjutaw l-aspetti superfiċjali tal-passat u nħarsu lejn modalitajiet alternattivi, nixtiequ li – mill-ġdid – nagħtu ħajja ġdida lit-teatru lokali u noħolqu spazju fejn il-ħallieqa tat-teatru jinstemgħu, u jirreżonaw.

Mela, hawn hu l-manifest tagħna, wara Kiesler…

IL-MANIFEST 

IT-TEATRU TAGĦNA QED JIDDIVORZJA.

M’AĦNIEX QED NAĦDMU F’SISTEMA LI TIFHEM X’INHI N-NATURA TAT-TEATRU PROFESSJONALI.

AĦNA L-WERRIETA TA’ TEATRU TA’ DILETTANTI LI ĦADMU B’PASSJONI

AĦNA GĦADNA QED NUŻAW WISQ KARTI. AĦNA NIES BUROKTRATIĊI, NUTARA U KONTABILISTI DILETTANTI.

M’AĦNIEX QED NIPPRODUĊU XOGĦLIJIET GĦAT-98% TAL-POPULAZZJONI. QED NIPPRODUĊU GĦAT-2%. AĦNA M’AĦNIEX INKUSSIVI BIŻŻEJJED. AĦNA AĊESSIBBLI.

M’AĦNIEX QED INĦALLSU LILL-ARTISTI B’MOD KONSISTENTI U SIGUR BIŻŻEJJED.

AĦNA RRIDU NOQOGĦDU GĦALL-KWALITÀ TAL-ISTIMA L-AKTAR BAXXA LI HIJA WISQ GĦALJA U WISQ IRĦISA FL-ISTESS ĦIN.

AĦNA QED INĦALLSU LID-DIRETTURI ANQAS MILL-MASTRUDAXXI ESTERNI U NITTRATAW LILL-PERSUNALI U PERSUNI TEKNIĊI ĠODDA AĦJAR MILL-AĦJAR ATTURI TAGĦNA.

AĦNA ESPERTI FIR-REKLAMAR MINGĦAJR KOMUNKAZZJONI IMMIRATA. M’AĦNIEX QED NUŻAW SISTEMI TA’ BILJETTI LI JIGGARANTIXXU LEGAT TAL-INFORMAZZJONI.

M’AĦNIEX QED NAĦDMU BIEX JINBNEW PALKIJIET NAZZJONALI ĠODDA. M’AĦNIEX QED NAĦDMU BIEX NIPPROVDU SPAZJI ADEKWATI GĦALL-PROVI.

M’AĦNIEX QED NAGĦMLU DAK LI NISTGĦU BIEX KITBIET ĠODDA JINGĦATAW L-OPPORTUNITÀ LI JSIRU KITBIET KLASSIĊI, IMPORTANTI JEW RELEVANTI.

MA NISTGĦUX NIDENTIFIKAW ŻGĦAŻAGĦ LI JISTGĦU JKANTAW U JIRREĊTAW BIL-LINGWA MATERNA.

QED NINSEW LILL-VETERANI TAT-TEATRU TAGĦNA FILWAQT LI M’AĦNIEX QED NINGAĠĠAW LILL-ADOLOXXENTI TAGĦNA.

QED NAĦDMU BIEX NIPPRESERVAW U NAGĦTU ĦAJJA ĠDIDA LILL-GĦERUQ MEDITERANJI TEATRALI TAGĦNA.

AĦNA M’AĦNIEX KOMPETITURI. KOLLHA KEMM AĦNA UNDERDOGS.

AĦNA KURRENTI U M’AĦNIEX KOMPJAĊENTI.

IT-TEATRU TAGĦNA QED JIDDIVORZJA.

INGĦAQDU MAGĦNA AĦNA U NFASSLU T-TEATRU TAL-FUTUR. 

NISPERAW LI L-BILJETTI MHUMIEX B’XEJN.

Teatru Malta Tħabbar il-Programm tas-Sajf/Rebbiegħa 2023

Teatru Malta, il-kumpanija nazzjonali tat-teatru, reġgħet lura b’serje ta’ avvenimenti partikulari u innovattivi għall-istaġun tar-Rebbiegħa/Sajf 2023. Issa li daħlu fl-uffiċini l-ġodda tagħhom fil-Kampus tal-MCAST, Paola, huma lesti biex ikomplu joħolqu t-terremoti bħalma huma bss jafu kif għall-programm ta’ Rebbiegħa/Sajf 2023.

L-ewwel ħaġa li għandhom ippreprat għal dan il-programm hija kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. u l-awtur u l-poeta Immanuel Mifsud għal spettaklu li jimxi minn post għall-ieħor bl-isem ta’ “Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq”. Din il-produzzjoni li ser isseħħ f’Ġunju fuq il-Kampus ta’ MCAST, Paola waqta il-Malta International Arts Festival tesplora t-tensjonijiet bejn il-progress u t-tradizzjoni b’karattriċi fantastiċi u realiżmu maġiku filwaqt li tinkludi ‘l fuq minn 20 artist perfroamttiv, l-akkrobatika, kanzunetti memorabbli u viżwali maġiċi.

Waqt din il-parti tal-istaġun, b’kollaborazzjoni ma’ KorMalta u Malta National Park, Teatru Malta ser tkun qed tħejji spettaklu magħmul għall-ħbieb-klieb u s-sidien tagħhom bl-isem ta’ “Fi Do”. B’komposizzjonijiet mużikali ta’ Karl Fiorini kkumplimentati mill-vuċijiet tal-kor nazzjonali ta’ Malta, “Fi Do” li ser iseħħ f’Lulju fil-Malta National Park f’Ta’ Qali, ser tkun taħt id-direzzjoni tal-kumpanija internazzjonali rinomata Manifesto Poetico li ser tkun qed toħloq atmosfera unika għall-udjenzi bl-arti tal-mime. 

Għal EuroPride f’Settembru, Teatru Malta ser  tippreżenta “AURA – Musical In the Dark” f’ko-produzzjoni ma’ EuroPride u Esplora. Din il-produzzjoni ser isseħħ fil-planterium maġiku tal-Esplora. F’din il-verżjoni mfassla mill-ġdid tal-esperjenza tal-musical fid-dlam, Marta Vella u Vikesh Godwhani reġgħu ingħaqdu biex jiktbu xogħol teatrali li jpaxxi s-sensi. Din id-darba, l-udjenzi ser jittieħdu lejn l-gżira maġikali ta’ Aura fejn kollox huwa possibbli bil-komposizzjonijiet mużikali ta’ ħadd ħlief Luke Saydon, kompożitur li rebaħ premji għax-xogħlijiet tiegħu.

Teatru Malta wkoll eċċitata biex tħabbar mudell ġdid għal Atelier Francis Ebejer b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Manoel kif ukoll il-programm ta’ masterclasses, Il-Klassi tas-Surmast. Atelier Francis Ebejer ser titmexxa minn professjonisti esperjenzati fit-teatru u toffri ambjent li jservi ta’ sapport biex l-artisti jkunu jistgħu jesperimentaw u jesploraw bnadi artistiċi ġodda. II-programm ta’ masterclasses ser jitmexxa mill-esperti tat-teatru magħrufa internazzjonalment Rimini Protokoll hija mfassla għal artisti tat-teatru li qed ifittxu li jirfinaw il-ħiliet artistiċi tagħhom u li jżidu l-għarfien li għandhom dwar it-teatru.

Teatru Malta wkoll hija eċċtata biex tħabbar l-Associate Company Programme flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, li għandu l-għan li joffri l-finanzjarjament għal spazju għal kumpaniji teatrali li huma magħmulin minn ensemble għal perjodu mezzan.

Imma stennew naqra, hemm aktar! Teatru Malta qed tingħaqad mal-kumpanija GO biex ftit mill-aqwa produzzjonijiet tat-teatrali mużikali tagħha lejn l-iscreens tagħkom fuq il-pjattaforma TOKIS. Dan ifisser li ser tkunu tistgħu tesperjenzaw il-maġija tat-teatru mill-kumdità ta’ darkom. U jekk bħalna tħobbu l-poddati, ukoll ser ikollna episodji ta’ Teatru Redifjuxin fejn ser inkunu qed niddiskutu problemi kurrenti fl-industrija tat-teatru u aktar.

Fl-aħħar tas-Sajf, ftit qabel inniedu l-programm tal-Ħarifa/Xitwa. Teatru Malta ser tieħu sehem fil-Pride March flimkien mal-EuroPride bi ”March Out of the Closet”. Għal dan l-avveniment, il-vestwarju tagħna ser tkun miftuħa għal kulħadd u nies li ser jipparteċipaw fil-EuroPride March fis-16 ta’ Settembru jkunu jistgħu jużaw ftit mill-aktar kustumi faqa’ li għandna kompletament b’xejn.

Araw il-programm kollu billi tagħfsu l-ħolqa t’hawn taħt.

Teatru Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Ritratt ta’ Elisa Von Brockdorff