BORŻA STUDJU

SIPARJU

BORZA STUDJU

SIPARJU

’Malta hawn nuqqas ta’ letteratura komprensiva u kredibbli li titratta l-istorja tat-teatru fil-pajjiż. Biex jindirizza
din il-problema, id-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru ħoloq sistemi u opportunitajiet għall-istudju tat-teatru
f’Malta fid-diversi forom tiegħu. Din l-inizjattiva hija possibbli wkoll grazzi għall-kontribut tal-Ministeru għall-Edukazzjoni. Biex itejjeb il-livell ta’ din ir-riċerka, id-Dipartiment tal-Istudji tat-Teatru tal-Università ta’ Malta
qed jikkollabora ma’ Teatru Malta biex joffri borża ta’ studju li twassal għall-ksib ta’ PhD fl-Istudji tat-Teatru fl-Università ta’ Malta, li qed isejjaħ Siparju.

Il-kandidat magħżul se jkun qed jaħdem fuq teżi dwar l-istorja tat-teatru f’Malta skont kif ikun ġie miftiehem
mas-superviżuri tal-proġett u ma’ Teatru Malta. Il-proġett se jinvolvi metodi differenti ta’ ġbir tad-data, li
jinkludu xogħol fuq materjal arkivistiku u intervisti ma’ prattikanti tas-settur, u se jkun immirat biex jagħti
kontribut importanti fil-ġbir tal-għarfien dwar l-istorja tat-teatru ta’ Malta kif ukoll ixerred u jippopolarizza
letteratura dwar is-suġġett li tkun kemm storikament kif ukoll teoretikament soda.
Għal aktar informazzjoni dwar Siparju, jekk jogħġobkom żuru www.um.edu.mt