IL-MANIFEST TA’ TM

Introduzzjoni għall-Manifesto 

WARA ‘IT-TEATRU HUWA MEJJET’

‘It-Teatru huwa Mejjet’ ta’ Frederick Kiesler kien manifest miktub fuq paġna waħda għall “Esposizzjoni tat-Teatru Internazzjonali” fl-1926. Fl-ispirtu ta’ Frederick Kiesler, refuġjat Lhudi minn Chernivtsi, l-Ukrajna, u artist li sfida l-konfini tat-teatru u l-arkitettura, Teatru Malta tixtieq tesplora possibilitajiet ġodda għall-istrateġiji u l-politiki.

Bħala organizzazzjoni li għada żgħira, affaċċjajna ammont numeruż ta’ xkiel; minn klimi politiċi li kontinwament qed jinbidlu sa ostakli amministrattivi u riżorsi limitati. Minkejja dan kollu, aħna u nidħlu fl-uffiċini l-ġodda tagħna, nibqgħu kommessi lejn il-missjoni tagħna li noħolqu xogħol ta’ ċertu stoffa u li huwa innovattiv li jirrifletti id-diversità u l-kumplessità tal-organizzazzjoni tagħna. Aħna eċitati dwar dak li hu ġej.

Ir-realtà attwali tagħna hija waħda mimlija limiti u insiguratjiet li minħabba fihom ma nistgħux inwegħdu strateġija globali bħalissa. Imma, b’dan il-manifest, għandna l-għan li nisfidaw in-norma u mmorru lil hinn mill-istrateġiji nazzjonali tat-teatru. Aħna ħlaqna dan il-manifesto fil-kuntest ta’ diskussjonijiet mal-kollaboraturi tagħna, nies assoċjati magħna u kollegi. 

Aħna nirrikonoxxu l-bżonn li nindirizzaw problemi pressanti fix-xena lokali bħal paga ġusta għall-atturi u n-nuqqas ta’ spazji għall-provi. Fl-istess ħin, nemmnu li rridu nindirizzaw ir-rwol tat-teatru f’dinja li qed tinbidel b’pass daqstant mgħaġġel.

Billi nirrifjutaw l-aspetti superfiċjali tal-passat u nħarsu lejn modalitajiet alternattivi, nixtiequ li – mill-ġdid – nagħtu ħajja ġdida lit-teatru lokali u noħolqu spazju fejn il-ħallieqa tat-teatru jinstemgħu, u jirreżonaw.

Mela, hawn hu l-manifest tagħna, wara Kiesler…

IL-MANIFEST 

IT-TEATRU TAGĦNA QED JIDDIVORZJA.

M’AĦNIEX QED NAĦDMU F’SISTEMA LI TIFHEM X’INHI N-NATURA TAT-TEATRU PROFESSJONALI.

AĦNA L-WERRIETA TA’ TEATRU TA’ DILETTANTI LI ĦADMU B’PASSJONI

AĦNA GĦADNA QED NUŻAW WISQ KARTI. AĦNA NIES BUROKTRATIĊI, NUTARA U KONTABILISTI DILETTANTI.

M’AĦNIEX QED NIPPRODUĊU XOGĦLIJIET GĦAT-98% TAL-POPULAZZJONI. QED NIPPRODUĊU GĦAT-2%. AĦNA M’AĦNIEX INKUSSIVI BIŻŻEJJED. AĦNA AĊESSIBBLI.

M’AĦNIEX QED INĦALLSU LILL-ARTISTI B’MOD KONSISTENTI U SIGUR BIŻŻEJJED.

AĦNA RRIDU NOQOGĦDU GĦALL-KWALITÀ TAL-ISTIMA L-AKTAR BAXXA LI HIJA WISQ GĦALJA U WISQ IRĦISA FL-ISTESS ĦIN.

AĦNA QED INĦALLSU LID-DIRETTURI ANQAS MILL-MASTRUDAXXI ESTERNI U NITTRATAW LILL-PERSUNALI U PERSUNI TEKNIĊI ĠODDA AĦJAR MILL-AĦJAR ATTURI TAGĦNA.

AĦNA ESPERTI FIR-REKLAMAR MINGĦAJR KOMUNKAZZJONI IMMIRATA. M’AĦNIEX QED NUŻAW SISTEMI TA’ BILJETTI LI JIGGARANTIXXU LEGAT TAL-INFORMAZZJONI.

M’AĦNIEX QED NAĦDMU BIEX JINBNEW PALKIJIET NAZZJONALI ĠODDA. M’AĦNIEX QED NAĦDMU BIEX NIPPROVDU SPAZJI ADEKWATI GĦALL-PROVI.

M’AĦNIEX QED NAGĦMLU DAK LI NISTGĦU BIEX KITBIET ĠODDA JINGĦATAW L-OPPORTUNITÀ LI JSIRU KITBIET KLASSIĊI, IMPORTANTI JEW RELEVANTI.

MA NISTGĦUX NIDENTIFIKAW ŻGĦAŻAGĦ LI JISTGĦU JKANTAW U JIRREĊTAW BIL-LINGWA MATERNA.

QED NINSEW LILL-VETERANI TAT-TEATRU TAGĦNA FILWAQT LI M’AĦNIEX QED NINGAĠĠAW LILL-ADOLOXXENTI TAGĦNA.

QED NAĦDMU BIEX NIPPRESERVAW U NAGĦTU ĦAJJA ĠDIDA LILL-GĦERUQ MEDITERANJI TEATRALI TAGĦNA.

AĦNA M’AĦNIEX KOMPETITURI. KOLLHA KEMM AĦNA UNDERDOGS.

AĦNA KURRENTI U M’AĦNIEX KOMPJAĊENTI.

IT-TEATRU TAGĦNA QED JIDDIVORZJA.

INGĦAQDU MAGĦNA AĦNA U NFASSLU T-TEATRU TAL-FUTUR. 

NISPERAW LI L-BILJETTI MHUMIEX B’XEJN.