DAWRA DURELLA, RAJTU ŻIGARELLA! ISSA EJJEW!
It-teatru jista’ jkun forma ta’ attiviżmu jew protesta. Is-Siġar misterjużi mdawwrin b’drapp roża kienu fuq fomm kulħadd din il-ġimgħa. Ħafna nies staqsew jekk is-siġar humiex ħa jinqatgħu jew forsi jagħmlux parti minn xi protesta. Pero’, kif diġa żvelajna, hemm spjegazzjoni għal din: iva, aħna konna!
Dawn is-siġar jagħmlu parti minn kampanja għall-produzzjoni ‘Dik is-Siġra f’Nofs Ta’ Triq’. Din il-produzzjoni straordinarja miktuba minn Immanuel Mifsud, ser tittellgħa f’Ġunju għall-ftuħ tal-Malta International Arts Festival, u ser tirrakkonta l-istorja ta’ siġra grandjuża li tinsab fil-qalba ta’ triq fejn is-sigrieti jiġu maqsuma ma’ kull min jgħaddi. It-tensjoni bejn il-passat u l-preżent ser tkun qed taffettwa kull tama’ ta’ progress permezz ta’ narrativa maġika. L-istorja tiffoka fuq is-siġra, li tassorbi l-għarfien u l-esperjenzi tar-residenti tat-triq. L-udjenza preżenti ser tittieħed fuq vjaġġ mistiku li jesplora l-kumplikazzjonijiet tal-konnessjonijiet umani, il-kunflitt tal-opinjonijiet, u l-ġlieda komuni bejn it-tradizzjoni u l-moderniżmu. Hekk kif Teatru Malta żvelaw li huma ħatja, l-eċitament għal-ftuħ ta’ Dik Is-Siġra f’Nofs Ta’ Triq qiegħed kull ma’ jmur, jiżdied.
L-għan kien li nqanqlu l-kurżita fost il-pubbliku. Ikollna nammettu li ridna nsaħħrukom. Kull biċċa drapp kellha sservi bħala stedina sigrieta biex nibdew vjaġġ ta’ skoperta mal-għoxrin kast, u sabiex tħajjar lil dawk fostna li huma kurjużi jaraw din l-istorja maġika tiżvolgi waqt li jsegwu l-atturi. Jekk rajt siġra mdawwra b’drapp roża, nittamaw li s-seħer tagħna ħadem u tistaw tingħaqdu maghna!
Jekk dan ir-rakkont tal-passat u l-preżent, il-wegħdiet u l-kunflitti huma affarijiet li qiegħdin jolqtuk, wasal iż-żmien li tassigura l-post tiegħek fl-udjenza. Titlifx l-opportunità li tara esperjenza eċċezzjonali ta teatru li jimxi!
Dan il-proġett qed iseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. għall-Malta International Arts Festival, organizzat minn Festivals Malta u huwa megħjun minn MCAST u l-Kunsill Malti għall-Arti.