About

Tickets

Restrizzjonijiet tal-età: Jekk jogħġbok irreferi għad-deskrizzjonijiet tal-avvenimenti speċifiċi għal rakkomandazzjonijiet tal-età.

Aċċessibbiltà: Teatru Malta jipprova jkun aċċessibbli kemm jista’ jkun, f’kull ħin u fil-postijiet kollha. Il-persuni b’diżabilità li jixtru l-biljetti mill-uffiċċju tal-booking huma ġentilment mitluba biex meta jixtru l-biljett jinfurmaw lill-istaff bil-punti t’hawn taħt, billi jċemplu jew jibagħtu email. Teatru Malta jitlob lil dawk kollha li jużaw is-siġġu tar-roti biex jaslu 15-il minuta qabel jibda l-ispettaklu biex ipoġġu bil-kumdità qabel ma dan jibda. Jekk ikun meħtieġ u jekk niġu avżati minn qabel, l-istaff ta’ Teatru Malta jista’ jiltaqa’ ma’ min jiġi jara l-ispettakli barra l-post fejn ikunu se jsiru biex tingħata l-għajnuna.

Konċessjonijiet Speċjali: Jekk int student/a, persuna b’diżabilità, ċittadin/a anzjan/a jew persuna li tagħti d-demm, int eliġibbli għal skont ta’ konċessjoni għall-avvenimenti kollha tagħna. Dakinhar tal-avveniment, huwa meħtieġ li int tippreżenta verifika lill-persuni nkarigati mal-bieb biex jivvalidaw l-iskont ta’ konċessjoni tiegħek.

_________________________________________________________________________

 

Triq tkun taf aktar? Mela għal aktar tagħrif dwar il-biljetti, segwina lejn il-wied minn fost iċ-ċpar billi: