Trikki Trakki
ARAW X’GĦANDHOM XI JGĦIDU L-ISKEJJEL LI PPARTEĊIPAW FI TRIKKI TRAKKI !
MISTOQSIJIET FREKWENTI
X’inhu Trikki Trakki?
Trikki Trakki huwa programm ta’ għajnuna mingħajr ħlas maħluq bil-ħsieb li jdewwaq it-teatru lill-istudenti, billi jagħtihom l-opportunità jipparteċipaw f’prestazzjonijiet u jkollhom diversi esperjenzi oħrajn marbutin mat-teatru.
Min jista’ japplika?
Kwalunkwe skola f’Malta u Għawdex (kemm jekk skejjel tal-gvern, tal-knisja jew privati), li għandhom studenti tal-Year 7 (form 1) u Year 8 (form 2), jistgħu japplikaw. Dawk l-iskejjel interessati għandhom japplikaw ma’ grupp wieħed ta’ 15-20 student. Teatru Malta, flimkien ma’ diretturi tat-teatru, se jagħżlu sitt iskejjel/gruppi biex jipparteċipaw fil-proġett.
Kemm ser jintgħażlu studenti biex jipparteċipaw fil-festival?
Trikki Trakki se jagħżel 6 skejjel biex ikunu parti mill-festival, u kull skola se tgħaqqad grupp ta’ madwar 15-20 student. Jiġiferi, se jipparteċipaw madwar 90-120 student fil-festival.
Il-provi jsiru waqt il-ħin tal-iskola?
Il-provi mad-direttur deżinjat jistgġu jsiru kemm waqt il-ħin tal-iskola, u anka wara, bi ftehim bejn l-iskola u di-direttur.
Ta’ liem sena jistgħu jkunu l-gruppi li japplikaw għall-festival?
Attwalment, il-festival hu mmirat għal studenti tal-Year 7 (form 1) u Year 8 (form 2).
TIM MATUL IS-SNIN