Kif intagħżel il-kast ta’ FI DO (Le, mhux il-klieb)
Teatru Malta għandu għan ewlieni, dak li jispira u jimmeravilja l-imħuħ kreattivi taż-żgħażagħ bi prattiċi teatrali li jkabbru l-għarfien f’dan il-qasam. Teatru Malta jwettaq dak li jwiegħed billi jagħti l-ħajja lill-politika edukattiva u dik tal-komunikazzjoni bis-saħħa ta’ proġetti inkredibbli bħalma hu FI DO, li jinsab disponibbli għall-istudenti. U issa taraw, x’rigal ksibnilhom!
Ingħaqadna mal-grupp teatrali stabbilit, Manifesto Poetico, li huwa mmexxi minn Carlos García Estévez u Paige Allerton. Estévez u Allerton huma esperti fil-qasam teatrali fejn kapaċi joħolqu teatru inklussiv u għal kulħadd, mill-kbir saż-żgħir. Tistgħu żżuru www.manifestopoetico.com biex taraw uħud mix-xogħlijiet tagħhom. Konna ċerti li dawn se jkunu l-aqwa msieħba li stajna nsibu għal din l-avventura kbira, hekk kif ħadmu fuq għadd ta’ proġetti edukattivi u komunitarji.
Iżda stennew ftit, hemm ħafna aktar minn hekk! Teatru Malta ddeċieda li jingħaqad ukoll mal-erba’ istituzzjonijiet pubbliċi: MCAST (Malta College of Arts, Science and Technology), l-Università ta’ Malta – Skola tal-Arti Performattiva, MVPA (Malta Visual and Performing Arts
School), u MSDD (Malta School of Drama and Dance). Ħriġna sejħa fost l-istudenti, offrejnielhom ħlas żgħir u x’taħsbu li ġara? Xi wħud aċċettaw l-isfida! Xtaqna li jkollna aktar interess u konkorrenza iżda ma ninsewx li dan huwa l-ewwel proġett tagħna ta’ din ix-xorti, apparti li tlabna lill-istudenti li jkunu disponibbli b’mod regolarissimu.
Isimgħu din però. M’aħniex qed inħalluhom jaqdfu għal rashom. Impjegajna tliet esperti b’ħiliet mill-aqwa fil-kast: spettakli bil-marjunetti, arti taċ-ċirkli u teatru ta’ fiżikalità. Dawn il-professjonisti se jaħdmu flimkien ma’ studenti b’talenti varji taħt id-direzzjoni ta’ Manifesto Poetico – l-istudenti li se jidħlu għal din l-avventura huma Maya Mifsud mill-MCAST, Alessandra Sgobio mill-Università ta’ Malta, Matteo Calleja Tonna mill-MVPA u Ema Sintayu Pantovic u Sarah Azzopardi mill-MSDD.
Dan huwa ċans tad-deheb għal dawn l-istudenti biex jaħdmu ma’ esperti biex ikomplu jitgħallmu, itejbu l-ħiliet u jibbrillaw. Nittamaw li din l-esperjenza jkollha impatt qawwi fuq il-vjaġġ artistiku tagħhom u tispira aktar studenti biex jaħtfu opportunitajiet tajbin bħal dawn, għall-karrieri futuri tagħhom.
Teatru Malta jinsab ħerqan biex jidħol b’ruħu u b’ġismu għal dan il-proġett esperimentali. Diġà qed jaspira għal opportunitajiet inkredibbli oħrajn, fosthom produzzjonijiet innovattivi, li l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna jistgħu jibbenefikaw minnhom. Għalhekk żommu sew iċ-ċineg, l-aħwa! L-istudenti ta’ Teatru Malta se jħarrbu l-karattri tagħhom u se jieħdukom fuq vjaġġ maġiku tat-tferfir!