Opportunitajiet

ATELIER FRANCIS EBEJER

Atelier Francis Ebejer

ATELIER FRANCIS EBEJER

Fl-2018, Teatru Malta li hu inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti, issieħeb mal-MADC One Act Play Festival u ħoloq serje ta’ workshops u mentorships iddisinjati għal kittieba u diretturi ġodda.

Il-missjoni tal-kompetizzjoni serviet sew għall-viżjoni ta’ Teatru Malta, hekk kif l-interess dak iż-żmien u kif ukoll issa, hu li l-kumpanija nazzjonali tat-teatru tinvesti fl-irfinar tat-talent ta’ kittieba u diretturi Maltin żgħar li qegħdin ifittxu biex jirfinaw aktar f’xogħlhom. Dan kien il-Proġett Francis Ebejer.

Viva t-Teatru (2017)

Teatru Malta pprova wkoll jimraħ bil-programm il-ġdid tiegħu għad-Diretturi u Kittieba Ġodda, programm li kien ta’ suċċess, minkejja li kien għad fadal żvilupp xi jsir fih. Frott minn dawn il-programmi kienu d-direzzjoni ta’ Andre Agius fis-Serra (2018), il-kitba l-ġdida ta’ Andre Mangion: Raymond Fight Beck (2018) u n-New Victorians li dderieġu VII(2019), li kollha kemm huma kienu produzzjonijiet ta’ Teatru Malta.

Fl-2019, Teatru Malta kompla b’dawn il-workshops, fejn issieħeb mal-MADC One Act Play Festival u mal-Cospicua Short Play Festival fejn aktar minn 12-il tim ta’ kittieba u diretturi kellhom l-opportunità li jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom permezz ta’ dawn il-mentorships.