Opportunitajiet

Każin 60+

Każin 60+

Każin 60+ huwa l-iktar proġett popolari tagħna li fih in-nies jieħdu pjaċir u toħroġ il-kreattività tan-nies parteċipi li huwa mmexxi minn Josette Ciappara u Charlotte Grech. Ma’ Josette u Charlotte, iż-żewġ gruppi qed jiksbu esperjenzi teatrali ġodda, u matul il-ġrajja ta’ din l-edizzjoni, ser jingħaqdu ma’ tuturi mistiedna li ser jagħtu sessjonijiet bl-intenzjoni li jaqsmu l-kompetenzi tagħhom fil-fergħa tal-Arti u l-Performance malmembri taż-żewġ gruppi.

F’dan il-proġett, hemm ħafna logħob teatrali, improvizzazzjonijiet, movimenti, kant, qari u tagħlim. L-ispazju kreattiv jitqassam ma’ persuni b’mentalitajiet simili minn oqsma tal-ħajja differenti li kollha kemm huma għandhom l-intenzjoni li jiżviluppaw ħbiberiji u esperjenzi ġodda.