Teatru Malta Tħabbar il-Programm tas-Sajf/Rebbiegħa 2023

Teatru Malta, il-kumpanija nazzjonali tat-teatru, reġgħet lura b’serje ta’ avvenimenti partikulari u innovattivi għall-istaġun tar-Rebbiegħa/Sajf 2023. Issa li daħlu fl-uffiċini l-ġodda tagħhom fil-Kampus tal-MCAST, Paola, huma lesti biex ikomplu joħolqu t-terremoti bħalma huma bss jafu kif għall-programm ta’ Rebbiegħa/Sajf 2023.

L-ewwel ħaġa li għandhom ippreprat għal dan il-programm hija kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. u l-awtur u l-poeta Immanuel Mifsud għal spettaklu li jimxi minn post għall-ieħor bl-isem ta’ “Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq”. Din il-produzzjoni li ser isseħħ f’Ġunju fuq il-Kampus ta’ MCAST, Paola waqta il-Malta International Arts Festival tesplora t-tensjonijiet bejn il-progress u t-tradizzjoni b’karattriċi fantastiċi u realiżmu maġiku filwaqt li tinkludi ‘l fuq minn 20 artist perfroamttiv, l-akkrobatika, kanzunetti memorabbli u viżwali maġiċi.

Waqt din il-parti tal-istaġun, b’kollaborazzjoni ma’ KorMalta u Malta National Park, Teatru Malta ser tkun qed tħejji spettaklu magħmul għall-ħbieb-klieb u s-sidien tagħhom bl-isem ta’ “Fi Do”. B’komposizzjonijiet mużikali ta’ Karl Fiorini kkumplimentati mill-vuċijiet tal-kor nazzjonali ta’ Malta, “Fi Do” li ser iseħħ f’Lulju fil-Malta National Park f’Ta’ Qali, ser tkun taħt id-direzzjoni tal-kumpanija internazzjonali rinomata Manifesto Poetico li ser tkun qed toħloq atmosfera unika għall-udjenzi bl-arti tal-mime. 

Għal EuroPride f’Settembru, Teatru Malta ser  tippreżenta “AURA – Musical In the Dark” f’ko-produzzjoni ma’ EuroPride u Esplora. Din il-produzzjoni ser isseħħ fil-planterium maġiku tal-Esplora. F’din il-verżjoni mfassla mill-ġdid tal-esperjenza tal-musical fid-dlam, Marta Vella u Vikesh Godwhani reġgħu ingħaqdu biex jiktbu xogħol teatrali li jpaxxi s-sensi. Din id-darba, l-udjenzi ser jittieħdu lejn l-gżira maġikali ta’ Aura fejn kollox huwa possibbli bil-komposizzjonijiet mużikali ta’ ħadd ħlief Luke Saydon, kompożitur li rebaħ premji għax-xogħlijiet tiegħu.

Teatru Malta wkoll eċċitata biex tħabbar mudell ġdid għal Atelier Francis Ebejer b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Manoel kif ukoll il-programm ta’ masterclasses, Il-Klassi tas-Surmast. Atelier Francis Ebejer ser titmexxa minn professjonisti esperjenzati fit-teatru u toffri ambjent li jservi ta’ sapport biex l-artisti jkunu jistgħu jesperimentaw u jesploraw bnadi artistiċi ġodda. II-programm ta’ masterclasses ser jitmexxa mill-esperti tat-teatru magħrufa internazzjonalment Rimini Protokoll hija mfassla għal artisti tat-teatru li qed ifittxu li jirfinaw il-ħiliet artistiċi tagħhom u li jżidu l-għarfien li għandhom dwar it-teatru.

Teatru Malta wkoll hija eċċtata biex tħabbar l-Associate Company Programme flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, li għandu l-għan li joffri l-finanzjarjament għal spazju għal kumpaniji teatrali li huma magħmulin minn ensemble għal perjodu mezzan.

Imma stennew naqra, hemm aktar! Teatru Malta qed tingħaqad mal-kumpanija GO biex ftit mill-aqwa produzzjonijiet tat-teatrali mużikali tagħha lejn l-iscreens tagħkom fuq il-pjattaforma TOKIS. Dan ifisser li ser tkunu tistgħu tesperjenzaw il-maġija tat-teatru mill-kumdità ta’ darkom. U jekk bħalna tħobbu l-poddati, ukoll ser ikollna episodji ta’ Teatru Redifjuxin fejn ser inkunu qed niddiskutu problemi kurrenti fl-industrija tat-teatru u aktar.

Fl-aħħar tas-Sajf, ftit qabel inniedu l-programm tal-Ħarifa/Xitwa. Teatru Malta ser tieħu sehem fil-Pride March flimkien mal-EuroPride bi ”March Out of the Closet”. Għal dan l-avveniment, il-vestwarju tagħna ser tkun miftuħa għal kulħadd u nies li ser jipparteċipaw fil-EuroPride March fis-16 ta’ Settembru jkunu jistgħu jużaw ftit mill-aktar kustumi faqa’ li għandna kompletament b’xejn.

Araw il-programm kollu billi tagħfsu l-ħolqa t’hawn taħt.

Teatru Malta hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Ritratt ta’ Elisa Von Brockdorff