Ħriġna Għall-Marċ

Teatru Malta se jkun parteċpi fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride 2023, hekk kif se jipprovdi lill-pubbliku   b’kapolavuri sartorjali dritt mill-gwardarobba teatrali tiegħu bil-għan li kulħadd ikun iċ-ċentru fil-marċ, li mistenni jseħħ fi sfond imlellex u brijuż. 

Aħtaf dan iċ-ċans tad-deheb biex tiġi tifli l-gwardarobba estensiva tagħna u tagħżel b’kemm trid kostumi li tixtieq iżżanżan waqt il-parata fis-16 ta’ Settembru li ġej. Trid twiegħdna ħaġa waħda biss! Li tiddandan kemm tiflaħ.

Għal min ikun irid xi parir, se jkollna preżenti lil min jieħu ħsieb il-kostumi tagħna biex jagħti pariri siewja dwar l-aħjar stil. L-għajnuna se tkun hemm għal min jixtieqha.

Jekk int interessat biex tikseb xi kostumi għidilna ftit dwarek billi tibgħat e-mail lil Luke, li jieħu ħsieb il-gwardarobba estensiva ta’ Teatru Malta fuq, luke@teatrumalta.org.mt