Mistoqsijiet frekwenti ma’ Sean Buhagiar dwar it-truppa tat-teatru ibrida ta’ Teatru Malta

Insellmilkom, jien Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta. Ninsabu ħerqana biex iniedu din l-innovazzjoni li hija t-truppa tat-teatru ibrida. Hawn taħt hawn dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar din l-inizjattiva. 

M1: X’inhi t-Truppa tat-Teatru Ibrida?

Sean: It-Truppa tat-Teatru Ibrida hija inizjattiva pijuniera minn Teatru Malta, maħluqa sabiex twaħħad flimkien irwoli fuq il-palk flimkien ma’ dawk ta’ wara l-kwinti. L-għan tagħna huwa li noħolqu ensemble dinamiku u versatili li jista’ jaddatta ruħu għal diversi ħtiġijiet kreattivi u operattivi. Dan l-ensemble huwa ispirat minn dawk l-artisti mżewqin b’ħafna riżorsi, li jaħdmu għal rashom u ensembles oħra tat-teatru. Storikament dan narawh fiċ-ċirku fejn l-artisti jagħmlu rwoli differenti waqt żjarat fi bliet diversi. Jien stess ħdimt ma’ PermLab di Castaldo fl-Italja, immexxi mill-istudent ta’ Grotowski, Domenico Castaldo, li għadu jieħu sehem imma wkoll imexxi l-operat tal-kumpanija. L-ibridità, il-ħsieb ibridu u l-professjonisti ibridi daħlu sew fil-vokabolarju tas-seklu 21, kemm fl-attitudni u anke fl-ekonomiji korporattivi. Qed nipprovaw nużaw din ir-realtà ġdida lokali u anke internazzjonali sabiex niżviluppaw mod ġdid ta’ kif noħolqu ensemble nazzjonali. 

 

M2: X’qed jispira l-ħolqien ta’ din it-truppa?

Sean: Flessibbiltà. Flessibbiltà. Flessibbiltà. L-idea ġiet wara li ġew osservati l-versatilità u l-adattabilità tal-artisti lokali li jieħdu sehem fi produzzjonijiet waqt li jieħdu ħsieb xogħlijiet oħra loġistiċi u jkollhom xi xogħol ieħor li jieħdu gost jagħmlu, fid-dinja kreattiva u anke jekk le, imma li jipprovdilhom għajxien. Ridna napplikaw dan l-approċċ multidimensjonali fil-kumpanija nazzjonali tat-teatru, li nipprovdu lill-artisti mudell ta’ impjiegi sostenibbli, full-time, li jagħtihom l-opportunità jesploraw aspetti differenti ta’ produzzjoni teatrali. Irridu li din l-opportunità tkun flessibbli biex tipproduċi biċċa xogħol teatrali avant-garde bi ftit mill-membri ta’ dan l-ensemble, biex jipproduċu festival, jittraduċu skripts, jagħmlu spettakli għal u fil-komunitajiet u ħafna iktar. 

 

M3: Xi rwoli se jkollhom il-membri tat-truppa?

Sean: Il-membri se jkunu qed jieħdu sehem kemm fuq il-palk u anke wara l-kwinti, imma l-irwol ewlieni tagħhom se jkun dak kreattiv. L-irwoli jistgħu jkunu differenti ħafna u jinħolqu ad hoc. Jistgħu jinkludu r-reċtar, id-direzzjoni, dramaturġija, ħolqien ta’ kontenut, tmexxija ta’ proġetti, kitba, traduzzjoni, qari tal-provi, immaniġġjar tas-siti elettroniċi, immaniġġjar tal-mezzi soċjali u vidjografija. Madankollu dawn huma biss eżempji u mhumiex hemm biex jillimitaw l-ambitu u l-varjetà ta’ dawn l-irwoli. Irridu li l-artisti tagħna jkunu kapaċi f’diversi oqsma u jkollhom il-ħila li jieħdu ħsieb biċċiet tax-xogħol differenti fi ħdan il-kumpanija. 

 

M4: Kemm hu twil il-kuntratt tal-membri tat-truppa? 

Sean: L-ewwel kuntratt huwa ta’ 12-il xahar, li jibda f’Settembru 2024. Qabel il-bidu uffiċjali, se jkun hemm riċerka u żvilupp (R&D) u perjodu ta’ provi fis-sajf biex kulħadd jilħaq jidra u jħejji ruħu għas-sena li tkun ġejja. Jaf ikun hemm opportunitajiet ta’ tul medju jew aktar wara li jintemm dan il-kuntratt. 

 

M5: X’inhuma s-sigħat tax-xogħol u r-remunerazzjoni?

Sean: Il-membri huma mistennija li jaħdmu medja ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa b’sigħat flessibbli u xogħol remot. Is-salarju annwali hu ta’ €25,000 gross, plus VAT. Dan l-impenn se jkun qed jiżgura li l-artisti tagħna jidħlu b’ruħhom u ġisimhom kemm fl-irwoli kreattivi u anke f’dawk tal-operat. Il-pagamenti se jkunu regolari, fix-xahar u mhux ibbażati skont il-kalendarju tal-produzzjonijiet. 

Rigward il-flessibiltà, jaf wieħed ikollu jaħdem iktar waqt il-ġimgħa tal-produzzjoni u inqas waqt ġimgħat oħra fejn tkun qed tagħmel affarijiet oħra. Jaf wieħed jiġi mitlub isiefer fuq xogħol, b’hekk f’dik il-ġimgħa l-flessibbiltà tkun ferm inqas. Mill-banda l-oħra, imbagħad wieħed ikun iktar flessibbli f’ġimgħa oħra. Dan kollu jiddependi mill-irwol, u se jkun hemm skedar bil-quddiem biex b’hekk wieħed ikun jista’ jippjana impenji oħra. 

 

M6: Min hu l-kandidat ideali għat-Truppa tat-Teatru Ibrida?

Sean: Qed infittxu artisti b’esperjenza vasta fi produzzjonijiet ta’ kwalità. Ħiliet minn kull dixxiplina, bħall-kant, żfin, moviment u ħiliet oħra bħad-daqq tal-istrumenti jew atti taċ-ċirku huma meqjusa bħala vantaġġ. Qed infittxu ħiliet oħra bħall-kitba, ħolqien ta’ kontenut diġitali, kompetenza teknika u ġestjoni ta’ proġetti. 

Il-kandidati għandhom ikunu adattabbli, kollaborattivi u ħerqanin għal dan l-irwol ibridu fi ħdan l-organizzazzjoni. Il-profiċjenza fil-Malti u l-Ingliż hija wkoll essenzjali, idealment kemm fil-kitba, fit-taħdit u anke waqt xi rappreżentazzjoni fuq il-palk. 

 

M7: Kif nista’ napplika għal dan ix-xogħol fit-truppa?

Sean: Kandidati interessati għandhom jissottomettu l-portafoll artistiku tagħhom, CV/resume, u ittra ta’ akkumpanjament, u filmat qasir ta’ motivazzjoni. Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija fis-17 ta’ Ġunju 2024, f’nofsinhar. Il-kandidati magħżula se jkunu avżati u se jingħataw id-dettalji għall-proċess tal-intervista u l-awdizzjoni, li se jsiru fl-aħħar ta’ Ġunju. Il-pakkett tal-awdizzjoni se jiffoka fuq il-portafoll tal-artist, qsim artistiku liberu magħżul mill-artist stess u intervista.

 

M8: Jista’ jkolli xogħol ieħor fl-isfera kreattiva waqt li nkun parti mit-truppa?

Sean: Iva, ġaladarba, dan ma jaħbatx mal-impenji li jkunu diġà miftehma minn qabel ma’ Teatru Malta. Kif għidt, se nkunu qed naħdmu biex narmonizzaw l-iskeda tiegħek mal-ħtiġijiet tal-ensemble, waqt li naraw li int tkun tista’ taħdem f’xogħlijiet oħra fl-isfera kreattiva mingħajr ma tikkomprometti l-irwol tiegħek magħna. 

 

M9: X’tip ta’ biċċiet ta’ xogħol ieħor jaf ikollhom jagħmlu l-membri tat-truppa?

Sean: Apparti l-produzzjonijiet fuq il-palk, il-membri għandhom jindagaw fil-kitba tal-iskript, ħolqien tal-kontenut, immaniġġjar tal-mezzi soċjali, fotografija, vidjografija, traduzzjoni u iktar. It-tqassim ta’ dawn ix-xogħlijiet se jkunu diskussi mad-direttur artistiku u maħduma skont il-ħiliet u l-interessi ta’ kull membru. 

 

M10: X’inhi l-viżjoni wara din l-inizjattiva?

Sean: Il-viżjoni hija li noħolqu ekosistema sostenibbli u dinamika għall-ħolqien ta’ xogħol teatrali fi ħdan Teatru Malta. Billi nwaħħdu l-prestazzjoni ma’ għadd ta’ rwoli kreattivi oħra, naħdmu biex inrawmu ambjent vibranti, inklusiv u innovattiv li minnu jiggwadanjaw kemm l-artisti tagħna u anke l-komunità fuq firxa usa’. Din l-inizjattiva ma ttejjibx biss il-pajsaġġ artistiku Malti imma toħloq ukoll livell ġdid għall-industrija tal—arti performattiva lokali u internazzjonali. 

 

M11: Kif tallinja mal-prattiċi internazzjonali din l-inizjattiva?

Sean: Żviluppajna dan il-kunċett f’konsultazzjoni ma’ esperti internazzjonali u rajna li dan kollu jaqbel mal-prattiċi osservati f’pajjiżi żgħar oħra Ewropej, u żviluppajnieh skont il-ħtiġijiet tagħna. Il-kollaborazzjoni tagħna mal-European Theatre Convention (ETC) tiżgura li nilħqu livell għoli kemm artistikament u anke fl-operat, biex dan kollu jpoġġi lil Teatru Malta bħala parti mix-xenarju teatrali Ewropew. 

 

M12: X’nagħmel jekk għandi iktar mistoqsijiet jew għandi bżonn iktar informazzjoni?

Sean: Tiddejjaq xejn tkellimna fuq Teatru Malta. Tista’ tibgħatilna email, tissieħeb fil-lista tal-emails tagħna, jew issegwina fuq il-mezzi soċjali biex tibqa’ aġġornat dwar dan u dwar inizjattivi eċitanti oħra. Aħna dejjem hawn biex nipprovdu iktar informazzjoni u noffru l-appoġġ tagħna matul il-proċess tal-applikazzjoni.

 

Ibqgħu segwuna u ngħaqdu magħna fil-ħolqien ta’ futur vibranti għall-arti performattiva mat-truppa tat-teatru ibrida ta’ Teatru Malta! – Agħfsu hawn biex tapplikaw.

 

Nittama li dawn l-FAQs jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq it-Truppa Teatrali Ibrida. Ninsabu ħerqana biex nirċievu l-applikazzjonijiet tagħkom u nilqgħu magħna membri ġodda fit-tim innovattiv tagħna. Applikaw hawn.

 

TEATRU MALTA TĦABBAR IL-PROGRAMM RBGĦ/SJF 2024

ĊEMPLU, ĊEMPLU, ĊEMPLU

Teatru Malta jiżvela il-firxa t’opportunatijiet fil-programm tar-Rebbiegħa/Sajf2024. Din id-darba fi ħdan il-programm tar-Rebbiegħa 2024 Teatru Malta, tippreżenta għadd t’opportunatijiet lil dawk kollha li jixtieq jissieħbu fit teatrub’xi mod jew ieħor, jekk intix attur/attriċi b’esperjenza, bla esperjenza, anzjan, tfal u żagħżagħ. Il-Kumpanija nazzjonali tat-Teatru toffri opportunitalill kulħadd.

Id Direttur Artistiku, Sean Buhagiar jħabbar dan il-programm b’pożittivita,“F’industrija li qed tfur b’rappreżentazzjonijiet żgħar u medji li ma jkollhomxspazji u udjenzi, għażilna li nagħmlu ħilitna biex niġbdu l-attenzjonib’rappreżentazzjonijiet simili waqt li nużaw ir-riżorsi tagħna biex inġibu bidla li tibqavalida fit-tul.”

Għall ewwel darba f’Malta, L-atturi għandhom l-opportnita li jissieħbu fit-teatru bħala mpjegati għall 40-siegħa fil-ġimgħa. Dan se jkun il-grupp ta’Teatru Malta. Sean jispejega li dan il-mudell huwa mudell sostenibbli għalartisti lokali involuti fil-Kumpanija Teatrali Nazzjonali, waqt li trawwem it-tkabbir ta’ Teatru Malta bħala ekosistema kreattiva li ma tħalli barra lil ħadd.Ċemplu sabiex tkunu parti mill grupp ta’ Teatru Malta, għall aktarinformazzjoni tistgħu ssegwu din is-sejħa fuq is-sit tagħna, l-applikazzjonijietjaghlqu 17 ta’ Ġunju.

Ċemplu biex tipparteċipaw f’XENI, dan huwa workshop fuq disinn ta’ kostumi ma’ Joan O’Cleary, disinjatriċi tal-kostumi li taħdemkostumi kemm għall-palk u anke għall-iskrin. Applika billi tibgħat email fuqxeniworkshop@gmail.com u l-applikazzjoniet jagħlqu fit 24 ta’ Mejju!

Ċemplu għall edizzjoni oħra ta Klassi tasSurmast: The Suzuki method ma’ Mattia Sebastian Giorgetti, Mattia huwa direttur u attur, fi sħab ma’ SCOT (Suzuki Company of Toga), u direttur edukazzjonali ta’ Centro Teatro Attivof’Milan. Jekk inti taħdem fis-settur tal-arti performattiva, attur jew direttur, nħeġġukom tingħaqdu magħna għal din il-masterclass eċitanti. Il-workshop se jseħħ mill-15 sa 19 ta’ Lulju 2024.

Ċemplu jew ibagħtu email għal Studio Francis Ebejer fuq studiofrancisebejer@gmail.com sabiex tissotometu xogħol ta skripts. Għall din l-edizzjoni ser nissieħbu ma’ Spazju Kreattiv u Teatru Manoel, l-iskriptsmagħżula ser jitellgħu fis-snin li ġejjin.

L-applikazzjonijiet tal-festival tat-teatru għaż-żagħżagħTRIKKI TRAKKI’ huma miftuħin, l-iskejjel interessati jistgħu japplikaw billi jibagħtu email fuq trikkitrakki@teatrumalta.org.mt.

Każin 60+ qiegħed jikber minn sena għallsena, Żarartiorganizzazzjoni teatrali – se tieħu l-irwol ta’ Direttur tal-Festival, Ġambori. Din is-sena il-każini se jkunu mifruxa fuq sitt reġjuni madwar Malta. Id-Diretturi li se jkunu qed imexxu l-każini matul din l-edizzjoni ta’ 60+ u Ġamborì huma; Narcy Calamatta, Josette Ciappara, Charlotte Stafrace, Joseph Galea, Anna Formosa flimkien ma’ Nicole Cuschieri u George Mizzi.

Bi ħġarna, nilqgħukom biex tissieħbu magħna hekk kif nesploraw dawn l-opportunitajiet rikki, magħmula biex iqanqlu d-djalogu, ir-riflessjoni u l-kollaborazzjoni.

“Li taqsam il-passjoni tiegħek ma’ oħrajn, speċjalment artisti minn pajjiżi u kulturi differenti, hija xi ħaġa tassew sabiħa .”

Teatru Malta protagonist waqt il-Konferenza tat-Teatru Ewropew fis-Slovenja!

Teatru Malta għadu kif ipparteċipa b’suċċess fil-Konferenza Internazzjonali tat-Teatru, tal-European Theatre Convention (ETC), li ttellgħet f’Nova Gorica, is-Slovenja, mis-17 sal-21 ta’ April 2024. Din il-laqgħa notevoli attendew għaliha madwar 200 professjonist tat-teatru. F’ġimgħa mimlija avvenimenti, ttellgħu tmien produzzjonijiet ġodda fi ħdan il-proġett Young Europe IV u kien hemm ukoll varjetà ta’ attivitajiet li rawmu diskussjonijiet imqanqla, filwaqt li seta’ jsir networking siewi.

Teatru Malta, bi kburija tella’ żewġ produzzjonijiet waqt il-konferenza. L-ewwel waħda kienet “GUTZ,” dramm maħdum għal udjenzi żgħażagħ bħala parti mill-festival Young Europe IV. Wara li dar il-klassijiet tal-Post Sekondarja f’Malta, “GUTZ”, ittella’ f’Gimnazija Nova Gorica u fil-Librerija Pubblika France Bevk, flimkien ma’ seba’ drammi oħra minn teatri membri oħra tal-ETC, li jqanqlu l-ħsieb. Dawn il-produzzjonijiet minn madwar l-Ewropa, indirizzaw kwistjonijiet bħall-fatphobia, l-esperjenzi LGBTIQ+, il-migrazzjoni, u s-saħħa mentali—xhieda tal-impenn sod ta’ Teatru Malta lejn id-diversità u l-inklussività fl-arti. Sean Buhagiar, id-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, irrifletta fuq l-esperjenza: “Waqt il-konferenza tal-ETC f’Nova Gorica, fost diskorsi mqanqla u kalejdoskopju ta’ spettakli, rajna l-qofol ta’ snin ta’ sforz, speċjalment mill-akbar kontinġent tagħna li qatt sar. Dan għalina kien ta’ sodisfazzjon kbir.”

“Dawn l-erbat ijiem tagħna fis-Slovenja servew bħala ġimgħat ta’ tagħlim u esperjenzi,” qal Miguel Formosa, attur f’GUTZ. “Kibret u ssaħħet ir-relazzjoni mat-tim, id-diskors u d-djalogar fuq l-irwol tagħna bħala kontributuri għall-arti ma naqasx, kemm ma’ nies familjari, kif ukoll ma’ dawk mil-irkejjen viċin u l’ bogħod tal-Ewropa. E! U GUTZZZ kienet BUŻŻ KBIRA!”

Michela, attriċi oħra f’GUTZ, qalet ukoll: “Kienet esperjenza indimentikabbli! Esperjenza li żgur ser tibqa’ f’qalbi! Kemm hu sabiħ meta l-passjoni tiegħek taqsamha ma’ ħaddieħor, iktar u iktar ma’ artisti minn pajjiżi u kulturi differenti. Konna tim vera tal-ġenn, ħdimna tajjeb ħafna flimkien u ta’ dan jiena grata mmens!”

The Best European Show” (TBES), kummiedja satirika, koprodotta minn ħames teatri Ewropej, inkluż Teatru Malta, ittellgħet fuq il-palk prinċipali fit-Teatru Nazzjonali Sloven, Nova Gorica. Id-dramm, dirett minn Haris Pašović u bil-parteċipazzjoni tal-atturi Maltin Philip Leone-Ganado, Gianni Selvaggi u Antonella Axisa, diġà dar Opole, Parma, u Malta qabel ma ttella’ f’Nova Gorica u l-Kosovo.

Haris Pasovic, id-Direttur ta’ The Best European Show, ikkummenta: “Li ttella’ spettaklu għal udjenzi Ewropej diversi hija dejjem eċċitanti, speċjalment peress li l-ispettaklu nnifsu huwa dwar l-Ewropa u t-teatru. Din id-darba, il-parteċipanti internazzjonali tal-konferenza tal-ETC kienu wkoll parti mill-udjenza. Li tellajna produzzjoni fit-Teatru Nazzjonali Sloven f’Nova Gorica kien meraviljuż. Kienu ospitanti ħafna, u t-teatru innifsu huwa wieħed mill-aqwa fl-Ewropa!”

Minn diskussjonijiet dwar id-diversità u s-sostenibbiltà għar-rwol kruċjali tat-teatru fit-tiswir tal-imħuħ żgħażagħ, il-konferenza pprovdiet pjattaforma għal djalogu sinifikanti fost il-mexxejja tal-industrija u l-luminarji. Kelliema ewlenin, inklużi politiċi u figuri kulturali stmati, enfasizzaw l-importanza li jsir investiment fit-teatru Ewropew biex jitrawwem futur għani fid-diversità kulturali u fid-diskors pubbliku. “Fost il-casinos u l-muntanji, filli qed tixrob l-ilma tal-muntanji Sloven, u filli tispiċċa f’dibattitu dwar il-motivi eżistenzjali ta’ dramm Ewropew. Hija din it-taħlita salvaġġa u sabiħa ta’ tagħlim u kollaborazzjoni li ġġibna lura, darba wara l-oħra, dejjem ħerqana għal dawra oħra ta’ sfidi kulturali miċ-ċkejkna Malta,” qal Sean Buhagiar.

Għal Teatru Malta, il-konferenza tal-ETC kienet suċċess kbir. Il-vetrina ta’ “GUTZ” u “The Best European Show”, flimkien mal-involviment tagħna fil-festival Young Europe IV, saħħew il-pożizzjoni tagħna bħala protagonist fit-teatru Ewropew. Il-konferenza serviet ukoll bħala pjattaforma siewja għal Teatru Malta biex jingħaqad ma’ professjonisti u artisti internazzjonali tat-teatru, b’mod li titrawwem il-kollaborazzjoni u jingħata kontribut għal pajsaġġ teatrali Ewropew vibranti. 

The Best European Show: Drama Komika tal-Assurditajiet fit-Teatru u fl-Ewropa

F’diskursata li kellna dan l-aħħar ma’ Philip Leone Ganado u Gianni Selvaggi, żewġ atturi lokali li jagħmlu parti minn ‘The Best European Show’, tkellimna dwar l-esperjenzi personali tagħhom waqt li kienu l-Polonja u Parma għal din il-produzzjoni.

Philip Leone Ganado, li l-karattru tiegħu fil-produzzjoni jkebbes protesta mqanqla quddiem il-kamra tad-delibirazzjoni tal-ġurati, juri l-kumplessità ta’ dan l-irwol. “Idealista, imma dak li għandu jagħmel, jagħmlu, lest biex joħroġ għonqu għal dak li jemmen fih,” jgħid Philip. Għalih, minkejja li hu attur ta’ ċertu esperjenza, din ma kinitx produzzjoni kwalunkwe, kienet waħda fejn kien qed jesplora kollaborazzjoni fuq skala li qatt ma esperjenza bħalha.  

Philip qal, li l-fatt li qattgħu tmien ġimgħat jgħixu f’Opole, fil-Polonja, ma kienx sempliċiment bidla fil-post, imma anke esperjenza ta’ taħlit ta’ kulturi u tradizzjonijiet teatrali. “Bis-saħħa tal-iskeda tal-preparamenti li kienet mis-2pm sad-9pm, sitt darbiet fil-ġimgħa, il-kast ingħaqad iktar u sar iktar qisu familja.” Philip jiftakar fil-Ħdud, b’ħafna għaġin, ħafna nbejjed, iktar milli wieħed jiflaħ, u diski tal-Eurovision, li bis-saħħa tagħhom nibtu rabtiet li xejnu kull ostaklu lingwistiku.

L-iktar ħaġa li laqtet lil Philip kienet kif teatri u artisti oħrajn huma mdorrijin f’dan it-tip ta’ produzzjonijiet. “Dawk l-ostakli li f’Malta naħsbu li jeżistu – il-lingwa, ir-riżorsi, il-kultura – pajjiżi u teatri oħra, diġà rnexxilhom jgħelbuhom”, jgħid. “It-teatru tagħna jista’ biss jissaħħaħ u jarrikkixxi ruħu billi jinfetaħ għall-Ewropa u għad-dinja kollha. Din għandha tkun prijorità.”

Gianni Selvaggi, li għandu l-irwol ta’ Eden, l-Assistent tad-Direttur tal-Festival, jitkellem dwar kif żvolġa l-karattru tiegħu. Fil-bidu Eden ikun iktar kawt imma mbagħad ma jibqax jiddejjaq jitkellem, u b’mod sottili jinfluwenza s-sitwazzjonijiet li jkunu qed jinbtu. Il-karattru li għandu Selvaggi f’din il-produzzjoni, jiżvolġi fi sfond għani tal-politika teatrali Ewropea, li tirrifletti ż-żifna kumplessa tal-passjoni u l-politika.

“Immaġina, taqbad dan il-kunċett f’dan il-kuntest u tapplikah fid-dinja tat-Teatru. Bħala produzzjoni, ngħid li hija tassew interessanti, kummiedja traġika u assurda.” “L-esperjenzi fil-Polonja u Parma offrew diversi laqtiet differenti. L-atmosfera ħiemda tiegħhom offrew ambjent mill-aqwa biex nikkonċentraw fuq ħidmietna.”

Selvaggi qal li l-interazzjoni mal-udjenzi fil-Polonja u l-Italja żvelaw differenzi sottili. It-Taljani, li ma ddependewx daqshekk fuq is-sopratitoli, iffokaw iktar fuq il-fiżiku fir-rappreżentazzjoni. Dawn ir-reazzjonijiet differenti jenfasizzaw il-messaġġ universali ta’ din il-produzzjoni, li jegħlbu l-ostakli tal-lingwa sabiex iwasslu messaġġ b’saħħtu.

Fost il-memorji li se jgħożż, Selvaggi jsemmi għawma ta’ bla ħsieb f’lag f’Opole ma’ Philip. Dawn il-mumenti jiġbru fihom il-proprju sustanza tal-produzzjoni – taħlita ta’ serjetà u assurdità, bħalma huwa l-ispettaklu minnu nnifsu. L-iktar realizzazzjoni għal qalb Selvaggi kienet li l-produzzjoni għaqqdet atturi Ewropej, li kollha ġejjin minn sfond differenti, biex joħolqu xi ħaġa speċjali. “Mhijiex faċli – li tgħaqqad ħames teatri biex tikkoproduċi biċċa xogħol ma’ 11-il attur, bi 8 lingwi differenti… hija xi ħaġa pjuttost speċjali.”

Qabel it-tnedija ta’ din ir-rapprezentazzjoni f’Malta ġewwa t-Teatru Manoel fi Frar, Leone Ganado u Selvaggi jiddeskrivu dan l-ispettaklu bħala biċċa xogħol li tqanqal il-ħsieb fuq it-teatru Ewropew, opportunità biex wieħed jesperjenza atturi li qatt ma rahom fuq il-palk Malti, u ħarsa ħafifa fuq dak li jista’ jkun it-teatru Malti bħala parti integrali mix-xenarju artistiku Ewropew.

Biljetti bikrin għal ‘The Best European Show’ għadhom kif bdew jinbiegħu u se jkunu disponibbli sal-31 ta’ Diċembru. Aħtaf l-opportunità biex ma titlifx post. Ixtri l-biljetti minn hawn.

OFFERTI TAL-BLACK FRIDAY

Gawdi minn 20% OFF meta tixtri wieħed mill-kollezzjonijiet ta’ kotba:

➡️ Kotba Klassiċi Collection (x3 books)
➡️ Programm Kitba Ġdida Collection (x3 books)
➡️ KOLLHA x6 kotba

📅 Din l-offerta hija valida biss mill-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru, sat-Tnejn, 27 ta’ Novembru

🔗 https://teatrumalta.bigcartel.com/products

“Vintage Tfisser Klassiku Għal Raġuni”, mid-Direttur Artistiku, Sean Buhagiar

Nilqgħukom għall-ewwel edizzjoni ta’ Ġambori – bħal ‘Glitch’ imma hemm inqas birra u aktar esperjenzi tal-ħajja. Qegħdin hawn biex niċċelebraw il-famuż kartanzjan, iġifieri dawk li huma ‘l fuq mis-60, fejn qed nuru darba għal dejjem li l-ħajja ma titlifx il-kulur meta tikber, anzi, tiġi kull kulur!

Kont taf li hemm akkademiċi bħal Fancourt u Tymoszuk, – li isimhom qisu ta’ xi żewġ detektivs minn xi serje tal-BBC – li sabu li, li tkun attiv fl-arti huwa tajjeb ħafna ħafna għall-moħħ anzjan? Hemm 48% riskju inqas ta’ problemi fis-saħħa mentali għal nies li għandhom ‘il fuq minn 60 li jattendu attività kulturali impenjattiva mill-inqas darba fix-xahar. Vera! Hawn b’Ġambori, qegħdin inpoġġu din ir-riċerka fi żraben tal-perjodu u kpiepel faqa’. Il-klikka tagħna, il-Każin 60+ (qatt ma smajt bihom? Issa żgur iva!), se jifqgħu palk u ħadd minnhom qatt ma kien irreċta qabel. Huma xhieda ħajja li m’għandux ikollok ċertifikat tat-twelid minn dawn l-aħħar żewġ deċenji biex tkun kreattiv.

Internazzjonalment, l-Amerikani għandhom Stagebridge tal-arti għal adulti akbar, l-Ingliżi għandhom Entelechy Arts li permezz tagħha jżewqu l-ħajja tal-anzjani permezz tat-teatru. Ġambori qiegħed fl-istess linja ta’ dawn il-mudelli- mhux xi ħaġa li tara, imma xi ħaġa li tagħmel. Qegħdin neqilbu l-folja fuq xi tfisser li tikber – u le, mhux qed ngħid tbiddel it-te ma’ ġin u toniku. Fil-pjan grandjuż tagħna, il-klikka anzjani attivi mhumiex biss udjenza li qed issegwi u ċċapċap bil-pulit. Dik ukoll, imma qegħdin hemm fuq il-palk, ikunu l-istilel tal-ispettaklu jew jgħinuna nibnu s-sett. Mhumiex biss parti mill-ġemgħa potenzjali, imma huma l-avveniment prinċipali.

Mhux biss hija importanti, imma jista’ jkun tkun revoluzzjonarja. Tiftakruhom lil Ġuża Caruana, Johnny Catania u dawk il-leġġendi kollha tat-teatrini? Nossie Ghirlando, Dante Gatt, u Pawlu Camilleri, Emanuel Grima, Franz Spiteri, Ġiraldu Vella ma kinux noti fil-ktieb tal-istorja, imma kienu l-istorja prinċipali. Eku ta’ era teatrali amatorjali tal-passat. Insomma, Ġambori se jgħin biex iġib lura dik l-atmosfera. Issa jekk il-ġenerazzjonijiet anzjani tagħna jieħdu f’idejhom it-teatri tal-komunità? Jikkollaboraw maż-żgħar nett li jistgħu jibdew fid-dinja tat-teatru amatorjali?

Grazzi għall-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, mhux biss qed intellgħu festival imma qed nibdew moviment annwali. Għandek 60 u tixtieq tkun it-tieni Meryl Streep? Għandek 70 u tixtieq tħit il-kostumi? Il-palk huwa tiegħek. Ejja nagħmlu minn Ġambori post li mhux biss timxi fil-mogħdija tal-passat, imma tiżfen fiha.

Immaġina dinja fejn l-anzjani tagħna mhux biss joqgħodu jirrakkontaw dwar il-ġranet sbieħ tal-passat, imma qegħdin joħolqu dawn ‘il-ġranet sbieħ’ bħalissa – fuq il-palk, wara l-kwinti, u kull rokna oħra. Nilqgħukom għal din l-era l-ġdida – jew naħseb aħjar ngħid, ‘l-era l-antika’ – fejn kull tikmixa tirrakkonta storja, u kull storja ħaqqha l-palk! Merħba għal Ġambori – l-enkor ta’ ħajjitkom.

Ibbukjaw il-biljetti issa minn hawn!

‘LI KIEKU KIEKU’ – IT-TNEDIJA TAL-PROGRAMM ĦARIFA/XITWA ’23-’24 MINN OPOLE, IL-POLONJA

Teatru Malta, il-kumpanija teatrali nazzjonali ta’ Malta, għadha kif żvelat il-programm tal-istaġun tal-Ħarifa/Xitwa 2023-2024. Għall-ewwel darba, il-kumpanija uffiċjalment nediet il-viżjoni artistika tagħha minn Opole, il-Polonja, waqt li kienet hemm għall-premiere tal-ewwel koproduzzjoni teatrali internazzjonali ta’ Malta, “The Best European Show.”

It-tnedija tal-programm saret il-Ġimgħa 13 ta’ Ottubru fit-teatru Jan Kochanowskiego f’Opole, immexxija mid-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta Sean Buhagiar, taħt il-kappa tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA) irrappreżentata miċ-Chairperson Alison White u l-Kap Eżekuttiv Dominic Galea.

It-tema tal-programm ta’ dan l-istaġun “Li Kieku Kieku”, bl-Ingliż “What If?”, tistieden lill-udjenza taħseb f’possibbiltajiet ġodda, tisfida dak li mdorrijin bih u trawwem spirtu kreattiv. Teatru Malta minn dejjem xprunat esperjenzi innovattivi fejn jidħol it-teatru, u din is-sena mhux b’inqas. 

Sean Buhagiar wera l-ħeġġa li għandha l-kumpanija lejn dak li se joffri l-futur. “Xi drabi, l-arti tinbet mix-xejn, u ‘Li Kieku Kieku?’ hija l-mistoqsija li tiftaħ tieqa għal kreattività bla tarf. Ninsabu ħerqana biex inniedu l-programm tagħna f’Opole, il-Polonja, hekk kif nerħulha għal dan il-vjaġġ ta’ koproduzzjoni internazzjonali notevoli.”

Filwaqt li ssoltu l-programm dejjem ġie mniedi lokalment, it-tnedija f’Opole tibqa’ mfakkra kemm għat-tragward sinifikanti fl-istorja ta’ Teatru Malta, kif ukoll għall-fatt li l-kumpanija nediet ukoll Hybrid Ensemble ġdid, l-ewwel Ensemble għal Malta. Il-proġetti li hemm imħejjija għall-istaġun li ġej huma xhieda tal-impenn li din il-kumpanija teatrali qed turi sabiex tegħleb il-fruntieri u timraħ lejn orizzonti ġodda.

Il-programm tal-Ħarifa/Xitwa 2023-2024 jinkludi:

  • Hybrid Ensemble: Il-pjan innovattiv li Teatru Malta toħloq ensemble versatili kien ispirat minn esperti internazzjonali bħal Marko Bratus u Haris Pasovic. L-għan huwa li permezz t’hekk tintlaħaq il-milja tat-talent u l-ħiliet li kull attur jista’ joffri. Il-kumpanija qed tfittex biex timpjega erba’ atturi full-time.
  • Ġamborì: Dan il-proġett għadu fi stadju bikri imma huwa festival li jippromwovi l-anzjanità attiva u se jkun imniedi fit-Teatru ta’ San Vincenz de Paul, bi pjanijiet li jiġi żviluppat maż-żmien.
  • The Best European Show: L-ewwel koproduzzjoni landmark f’Malta flimkien ma’ erbgħa Teatri Nazzjonali Ewropej oħra, li se tittella’ fit-Teatru Manoel fi Frar.
  • Niffukaw fuq l-Edukazzjoni: Xahar iddedikat lill-edukazzjoni, bil-parteċipazzjoni tar-riżultat ta’ Young Europe IV, “GUTZ” – li se tkun l-ewwel biċċa xogħol ta’ Teatru Malta li se tiġi mtellgħa fil-klassijiet tal-postsekondarja.
  • Trikki Trakki: Taħt id-direzzjoni tad-Direttriċi Artistika ġdida, Rebecca ‘Becky’ Camilleri, din l-inizjattiva tant maħbuba se tkompli tikber.
  • Żvilupp ta’ Kumpaniji Assoċjati: Kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti biex jappoġġja kumpaniji assoċjati biex jesploraw, jaħdmu u jikkollaboraw fi produzzjonijiet u inizjattivi li jisfidaw il-possibbli u jittantaw l-impossibbli.
  • Koproduzzjonijiet Ewropej: Impenn lejn iktar koproduzzjonijiet Ewropej, fosthom applikazzjoni għal Creative Europe għal Drama of Small European Languages u programm li jittraduċi reċti kontemporanji Ewropej għal Malti.
  • Promozzjoni għal Titjib fil-Kritika Artistika: Ħidma ta’ Teatru Malta biex trawwem kultura ta’ apprezzament kritiku lejn l-arti. 

Teatru Malta dejjem evolviet maż-żminijiet, u l-programm ta’ dan l-istaġun huwa eżempju tad-dedikazzjoni li għandha l-kumpanija biex dejjem tħaddan il-bidla, trawwem il-kreattività u tgħolli l-livell tax-xena teatrali Maltija.

Iltaqa’ ma’ Silvia: Perspettiva Ta’ Intern ma’ Teatru Malta

Ma kontx naf x’se nsib meta ddeċidejt nibda din l-esperjenza ma’ Teatru Malta. Kont diġà naf li kif isir it-teatru ma’ Teatru Malta, isir b’mod uniku u b’kultura kemxejn differenti mis-soltu. Teatru Malta m’hix biss kumpanija; m’hix biss mod kif tibda ġimgħa ta’ produzzjoni li twasslek għall-ispettaklu finali. Teatru Malta nista’ nqisha bħat-tieni familja tiegħi għaliex il-membri kollha tal-kumpanija jaħdmu flimkien f’armonija, b’mod amikevoli; huma dejjem lesti biex jgħinu lil xulxin. 

Mhux la kemm tgħid meta tiġi biex toħloq produzzjoni jew taħdem minn wara l-kwinti. Dax-xogħol jirrikjedi paċenzja u dedikazzjoni kbira, kapaċità li ssolvi l-problemi meta jinqalgħu xi intoppi, kif ukoll għarbiel fix-xogħol u ħidma bir-reqqa – kwalitajiet li t-tim ta’ Teatru Malta jeċċella fihom. 

Ħadt sehem f’diversi produzzjonijiet minn mindu bdejt naħdem ma’ Teatru Malta. L-ewwel produzzjoni li ħadt sehem fiha kienet dik ta’ ‘Fi-Do’, fejn tajt daqqa t’id f’dak li kellu x’jaqsam mal-għażla tal-kostumi u l-preparamenti għal fuq il-palk. Kien tassew interessanti x-xogħol għaliex kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f’spettaklu daqshekk partikolari u differenti mis-soltu, fejn in-nies kif ukoll il-klieb kienu l-udjenza, kunċett totalment ġdid għalija. 

Bejn Awwissu u Settembru, kellna żewġ workshops, Rimini Protokoll u XENI-SFE. Waqt Xeni, kelli l-opportunità nieħu sehem f’workshop għal ġimagħtejn. Ingħaqad mat-tim fl-ewwel ġimgħa. Fl-ewwel ġimgħa tal-workshop diġà kont naf xi ħaġa dwar id-diżinn tad-dwal, iżda li verament tgħallimt u ħadt minn dan il-workshop huwa l-importanza tat-teamwork. Matul il-workshop tgħallimt ukoll kemm huwa importanti li tingħata l-attenzjoni fid-dettall ta’ kull spettaklu. Xi kultant, ma jitqiesx kemm dedikazzjoni u sforzi jkunu saru minn wara l-kwinti, minn tim iddedikat f’xogħlu. Meta jittella’ spettaklu, m’hix biss kwistjoni tal-atturi u l-palk; huwa frott xogħol siewi u bir-reqqa li jkun sar mit-tim. Matul dik il-ġimgħa, tgħallimt kif norganizza l-palk qabel ma jittella’ l-ispettaklu kif ukoll l-importanza li jiġu rikonoxxuti l-isforzi tat-tim kollu, li jkunu saru sabiex jintlaħqu l-miri ta’ kulħadd.

Wara Xeni, komplejna b’ ‘Aura’, musical li jiżvolġi fid-dlam. Sakemm bdiet il-ġimgħa ta’ produzzjoni, ma kontx involuta direttament fl-organizzazzjoni. Minkejja dan, f’dik il-ġimgħa, esperjenzajt l-ispettaklu mal-udjenza. Kienet esperjenza ta’ barra minn hawn għaliex kienet l-ewwel darba li ħadt sehem f’prestazzjoni li ma ttellgħetx b’mod tradizzjonali kif nafuh aħna, jiġifieri fuq palk. Minflok, segwejt l-ispettaklu fid-dlam, mal-udjenza, bis-saħħa tal-użu tal-headphones. Kien hawn li rrealizzajt li ma kontx waħdi, u li kont qed naqsam dak il-mument u l-istorja mal-udjenza. Tajt daqqa t’id waqt il-ġimgħa tal-produzzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ preparamenti. Nixtieq nirringrazzja lil Teatru Malta tal-opportunità li ngħatajt biex ningħaqad mat-tim ta’ produzzjoni fejn esperjenzajt ix-xogħol li jsir biex jittella’ l-ispettaklu, filwaqt li tgħallimt ukoll x’inhi d-differenza bejn li tkun parti mill-udjenza u dik li tkun qed taħdem minn wara l-kwinti. 

L-internship tiegħi jtemm f’Novembru, u ninsab ferm sodisfatta bil-fatt li għad qed ningħata opportunitajiet biex nieħu sehem f’produzzjonijiet oħrajn. Qatt mhu faċli taħdem ma’ ħaddieħor iżda nista’ ngħid li t-tim ta’ Teatru Malta dejjem tagħni l-opportunità li nsir nafhom aħjar u nsir parti mill-familja teatrali. Il-ħidma tiegħi hawn kienet esperjenza tajba ħafna u żgur mhux forsi se nibqa’ ngħożż dak kollu li tgħallimt hawnhekk. 

 

Sejħa lill-Kumpaniji Teatrali: Jinfetħu l-Applikazzjonijiet għat-Theatre Company Programme

Tmexxi kumpanija teatrali u għandek kilba sabiex titla’ fuq il-palk iżda m’għandekx biżżejjed riżorsi biex tagħti ħajja lill-kreattività tiegħek? Għandna aħbar tajba għalik! Arts Council Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta, il-kumpanija teatrali nazzjonali, bi pjaċir iħabbar it-tnedija tat-Theatre Company Programme. Din l-inizjattiva ġiet maħluqa biex tagħti s-setgħa lill-kumpaniji teatrali, fejn se jiġu offruti fondi, sapport kif ukoll se tingħata opportunità biex il-kumpaniji teatrali, isiru kumpaniji assoċjati ma’ Teatru Malta għat-tliet snin li ġejjin.

Dwar xiex inhu l-Programm għall-Kumpaniji Teatrali?

Immaġina biss ikollok aċċess għal spazju fejn l-ideat kreattivi tiegħek jistgħu jiffjorixxu, il-grupp tiegħek jista’ jiltaqa’ u jirnexxi u l-vjaġġ artistiku tiegħek jista’ jiżvolġi u jikber fit-tliet snin li ġejjin. L-iskop tat-Theatre Company Programme huwa li jipprovdi lill-kumpaniji teatrali stabbiliti b’riżorsi biex jiżguraw post iddedikat għall-provi u prestazzjonijiet, filwaqt li jrawwem ambjent fejn l-innovazzjoni u kollaborazzjoni jkunu fil-qalba tal-proġett.

Min jista’ japplika?

Jekk inti għandek kumpanija teatrali li f’dawn l-aħħar tliet snin tellgħet portafoll b’għadd ta’ xogħlijiet u produzzjonijiet tajbin, din l-opportunità hija magħmula għalik! Inti eliġibbli biex tapplika kemm jekk l-entità hi reġistrata mal-Malta Business Registry kif ukoll jekk il-kumpanija hija mniżżla mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji. Barra minn hekk, kumpaniji jew gruppi teatrali jistgħu jingħaqdu flimkien biex jissottomettu applikazzjoni konġunta. Applikanti eliġibbli se jingħataw ukoll l-opportunità biex jgħallmu grupp/kumpanija teatrali li għadha tibda fid-dinja tal-ispettaklu, dan biex jitrawwem sens ta’ komunità u mod kif wieħed jista’ jrodd lura.

Għaliex għandek tapplika?

Theatre Company Programme ma joffrix biss sapport finanzjarju. Jekk wieħed jintgħażel, jidħol fiċ-ċans li jirċievi għotja li tammonta sa €100,000 li tista’ tintefaq fuq medda ta’ tliet snin. Dawn il-fondi jistgħu jkopru l-ispejjeż essenzjali bħar-renta għall-post fejn isiru l-provi/prestazzjonijiet jew inkella l-miżati għall-ġestjoni tal-post mikri. Iżda dan mhux kollox – li wieħed isir kumpanija assoċjata ma’ Teatru Malta jiftaħ bibien t’opportunitajiet u kollaborazzjonijiet ġodda, inkluż iċ-ċans għal koproduzzjonijiet u interazzjoni mill-viċin mat-tim tagħna. Dan huwa ħafna aktar minn sħubija, dan huwa vjaġġ lejn tkabbir ta’ esperjenzi artistiċi kondiviżi.

Kif tapplika

Wieħed jista’ japplika billi jsegwi l-punti li ġejjin;

  • Lesti portafoll: uri l-vjaġġ artistiku tal-kumpanija teatrali tiegħek, itfa’ dawl fuq ix-xogħol siewi li sar tul dawn l-aħħar tliet snin. Uri l-passjoni u l-impenn tiegħek. 
  • Fittex l-ispazju ideali għalik: Identifika l-ispazju li għandek f’moħħok fejn tkun tista’ toħloq u taħdem fuq ix-xogħlijiet kreattivi tiegħek. Dan jista’ jkun  kemm studio kif ukoll post fejn isiru l-provi/prestazzjonijiet, jew it-tnejn f’daqqa. Agħżel b’mod għaqli.
  • Ippreżenta l-proposti tiegħek: iktbilna l-proposti tiegħek fejn tgħidilna kif il-fondi se jiġu utilizzati, il-pjan ta’ kollaborazzjoni u kif se tgħallem lill-kumpaniji/gruppi oħrajn li għadhom jibdew fid-dinja tal-ispettaklu.
  • Issottometti l-applikazzjoni bid-dettalji kollha fuq is-sit ta’ Arts Council Malta 👉 https://artscouncilmalta.gov.mt/pages/funds-opportunities/schemes-2023/theatre-company-programme/