TEATRU MALTA TĦABBAR IL-PROGRAMM RBGĦ/SJF 2024
ĊEMPLU, ĊEMPLU, ĊEMPLU
Teatru Malta jiżvela il-firxa t’opportunatijiet fil-programm tar-Rebbiegħa/Sajf2024. Din id-darba fi ħdan il-programm tar-Rebbiegħa 2024 Teatru Malta, tippreżenta għadd t’opportunatijiet lil dawk kollha li jixtieq jissieħbu fit teatrub’xi mod jew ieħor, jekk intix attur/attriċi b’esperjenza, bla esperjenza, anzjan, tfal u żagħżagħ. Il-Kumpanija nazzjonali tat-Teatru toffri opportunitalill kulħadd.
Id Direttur Artistiku, Sean Buhagiar jħabbar dan il-programm b’pożittivita,“F’industrija li qed tfur b’rappreżentazzjonijiet żgħar u medji li ma jkollhomxspazji u udjenzi, għażilna li nagħmlu ħilitna biex niġbdu l-attenzjonib’rappreżentazzjonijiet simili waqt li nużaw ir-riżorsi tagħna biex inġibu bidla li tibqa’ valida fit-tul.”
Għall ewwel darba f’Malta, L-atturi għandhom l-opportnita li jissieħbu fit-teatru bħala mpjegati għall 40-siegħa fil-ġimgħa. Dan se jkun il-grupp ta’Teatru Malta. Sean jispejega li dan il-mudell huwa mudell sostenibbli għalartisti lokali involuti fil-Kumpanija Teatrali Nazzjonali, waqt li trawwem it-tkabbir ta’ Teatru Malta bħala ekosistema kreattiva li ma tħalli barra lil ħadd.Ċemplu sabiex tkunu parti mill grupp ta’ Teatru Malta, għall aktarinformazzjoni tistgħu ssegwu din is-sejħa fuq is-sit tagħna, l-applikazzjonijietjaghlqu 17 ta’ Ġunju.
Ċemplu biex tipparteċipaw f’XENI, dan huwa workshop fuq disinn ta’ kostumi ma’ Joan O’Cleary, disinjatriċi tal-kostumi li taħdemkostumi kemm għall-palk u anke għall-iskrin. Applika billi tibgħat email fuqxeniworkshop@gmail.com u l-applikazzjoniet jagħlqu fit 24 ta’ Mejju!
Ċemplu għall edizzjoni oħra ta Klassi tas – Surmast: The Suzuki method ma’ Mattia Sebastian Giorgetti, Mattia huwa direttur u attur, fi sħab ma’ SCOT (Suzuki Company of Toga), u direttur edukazzjonali ta’ Centro Teatro Attivof’Milan. Jekk inti taħdem fis-settur tal-arti performattiva, attur jew direttur, nħeġġukom tingħaqdu magħna għal din il-masterclass eċitanti. Il-workshop se jseħħ mill-15 sa 19 ta’ Lulju 2024.
Ċemplu jew ibagħtu email għal Studio Francis Ebejer fuq studiofrancisebejer@gmail.com sabiex tissotometu xogħol ta skripts. Għall din l-edizzjoni ser nissieħbu ma’ Spazju Kreattiv u Teatru Manoel, l-iskriptsmagħżula ser jitellgħu fis-snin li ġejjin.
L-applikazzjonijiet tal-festival tat-teatru għaż-żagħżagħ ‘TRIKKI TRAKKI’ huma miftuħin, l-iskejjel interessati jistgħu japplikaw billi jibagħtu email fuq trikkitrakki@teatrumalta.org.mt.
Każin 60+ qiegħed jikber minn sena għallsena, Żararti – organizzazzjoni teatrali – se tieħu l-irwol ta’ Direttur tal-Festival, Ġambori. Din is-sena il-każini se jkunu mifruxa fuq sitt reġjuni madwar Malta. Id-Diretturi li se jkunu qed imexxu l-każini matul din l-edizzjoni ta’ 60+ u Ġamborì huma; Narcy Calamatta, Josette Ciappara, Charlotte Stafrace, Joseph Galea, Anna Formosa flimkien ma’ Nicole Cuschieri u George Mizzi.
Bi ħġarna, nilqgħukom biex tissieħbu magħna hekk kif nesploraw dawn l-opportunitajiet rikki, magħmula biex iqanqlu d-djalogu, ir-riflessjoni u l-kollaborazzjoni.