DWAR NINU CREMONA U ĠUŻE DIACONO

Ninu Cremona, magħruf bħala ‘Is-Sur Nin’, jitqies bħala wieħed mill-iġganti tal-letteratura Maltija u ewlieni fost il-bennejja tal-identità Maltija. Cremona kiteb f’kull qasam tal-letteratura: filoloġija, grammatika, folklor, poeżija, novelli, storja u teatru. 

‘Il-Fidwa tal-Bdiewa’ (1936) huwa ġawhra tal-letteratura Maltija, u storikament importanti bħala l-ewwel dramm letterarju serju Malti. Il-Prologu tad-dramm huwa meqjus mill-kritiċi bħala “biċċa xogħol ta’ arti sabiħa, fih il-kelma hija mħaddma u mirquma, u l-idea qawwija u oriġinali’. (Ġużè Chetcuti)

Oliver Friġġieri u Ġużè Diacono huma fost il-kritiċi li kkumentaw fuq ‘il-Fidwa’. Fl-istudju tiegħu, Diacono ma jaqbilx mal-fehma li d-dramm huwa xogħol ‘epiku-pastorali’. Jippreferi jsejjaħlu ‘poema drammatika aktar milli ‘dramm poetiku’. Hu x’inhu, dan it-test jixraqlu ċelebrazzjoni permezz ta’ trattament interpretattiv frisk imtella’ mill-Kumpanija teatrali nazzjonali. Dan mhux biss biex titbiġġel l-okkażjoni tal-ħamsin sena mill-mewt ta’ Cremona, iżda wkoll biex jintefaħ nifs ġdid f’waħda mill-isbaħ opri letterarji teatrali li qatt inkitbu bl-ilsien Malti.

Il-kummissjoni ta’din il-produzzjoni mill-Fondazzjoni Ċelebazzjonijiet Nazzjonali lil Teatru Malta hija ġest sinifikanti ta’ importanza kulturali u teatrali sostanzjali.  Ġużè Diacono: kittieb, ġurnalist, kritiku u drammaturgu – Diacono, li flimkien ma’ Ġużè Chetcuti, huwa esponant ewlieni tan-neorealiżmu Malti fil-qasam teatrali. Kelli x-xorti naħdem miegħu mill-qrib meta ħdimt fuq l-adattament u d-direzzjoni tal- “Madonna taċ-Ċoqqa” tiegħu għat-televiżjoni. F’burdata mhux tipika, Diacono, kiteb id-dramm mistiku, ‘L-Għarusa’ (1964), att uniku dwar soru viżjonarja. Niftakar lill-brava attriċi Karmen Azzopardi tinterpreta l-parti ta’din is-soru b’mod brillanti. Is-sottotest għani ħafna ta’ dan ix-xogħol kurjuż ta’ Diacono jaċċenna għal elementi ta’ fanatiżmu reliġjuż, erotiżmu soppress, u dgħufija ta’ saħħa mentali li jipproblematiżżaw il-karattru tas-soru b’sengħa li ma bħalha. Dnub li dan id-dramm qasir ta’ Diacono qatt ma ngħata l-importanza li jixraqlu.

Huwa sewwasew għalhekk li din il-produzzjoni, f’data f’idejn Teatru Malta mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, tista’ titqies bħala avveniment importanti li jfakkar l-għoxrin l-anniversarju ta’ mewtu.

TAĦT IL-25 SENA? GĦANDNA BILJETT TA’ €5 GĦALIK

Gawdi sakemm għadek fiċ-ċans, għaliex minn dan l-istaġun li ġej dawk li għandhom taħt il-25 sena huma intitolati għal biljett ta’ €5 għal kull show ta’ Teatru Malta!  Għandek biżżejjed affarijiet fuq moħħok, kemm jekk huma spejjeż tal-istudenti, jew pjanijiet tal-futur; ħsibna li l-aħħar ħaġa li għandek tinkwieta fuqha huwa l-biljett tiegħek għat-teatru. 

P.S Għalkemm forsi m’għandniex kontroll fuq jekk dawk li qed jaqraw dan ir-reklam humiex taħt il-25 sena, għandna kontroll fuq min ikun hemm quddiem il-bieb tagħna, jiġifieri ara li meta tiġi tippreżenta l-identifikazzjoni tiegħek. 

Ħu gost.

GUEST POST: Il-proċess ta’ traduzzjoni mill-Ġermaniż għall-Malti ta’ Ma Kuraġġ u Wliedha minn Loranne Vella

Kien mument sorprendenti għalija meta sentejn ilu rċivejt it-telefonata minn Teatru Malta fejn staqsewni nixtieqx nittraduċi d-dramm Mutter Courage und ihre Kinder għall-Malti, speċifikament għax dan id-dramm kien qiegħed miftuħ quddiemi dak il-ħin. Kont qed naqrah biex nuża elementi mill-karattru ta’ Courage, u aspetti tat-teatru epiku ta’ Brecht, għal tnejn mill-karattri ewlenin ta’ Marta Marta (Ede Books, 2022), l-aħħar rumanz tiegħi. Barra minn hekk, jien li niddeskrivi lili nnifsi kemm bħala kittieba, kemm bħala attur, kif ukoll bħala traduttur, ma kontx ċerta liema parti minni l-aktar li kienet qed tgħid “iva” jien u naċċetta li nittraduċi dan id-dramm.

Dil-mistoqsija bdiet tiċċara iktar f’moħħi malli bdejt ix-xogħol ta’ traduzzjoni. Fl-ewwel fażi tax-xogħol kien, żgur mhux forsi, it-traduttur fija li ħa r-riedni f’idejh: jien u naqra d-dramm bil-Ġermaniż, dramm li iktar kont familjari miegħu fil-lingwa Ingliża, speċifikament it-traduzzjoni ta’ Eric Bentley (Methuen, 1962), ippruvajt innessi lili nnifsi kull ma diġà kont naf dwaru u dħalt għalih daqslikieku qed naqrah għall-ewwel darba, filwaqt li f’moħħi mill-ewwel bdejt infittex il-kliem u l-espressjonijiet ekwivalenti fil-Malti. Fit-tieni fażi, wara li lestejt l-ewwel abbozz ta’ traduzzjoni, erġajt dort it-test kollu did-darba mil-lenti ta’ kittieba. Bħala dramm li se jiġi stampat u ppubblikat, ridtu jinqara bħala xogħol letterarju. U stajt anki nieqaf hawn. Iżda mill-bidu nett kelli dawn il-mistoqsijiet f’moħħi: kif se nittraduċi dramm li, minkejja li l-preżent tal-persunaġġi huwa s-seklu sbatax u li r-realtà tagħhom hija l-gwerra li damet għaddejja fl-Ewropa tletin sena, fil-fatt se jittella’ Malta fis-sena 2022? Jiġifieri, kif se nagħmlu jinstema’ validu għall-udjenza tal-lum mingħajr ma nħassar il-passat li qed iseħħ fih? U aktar minn hekk, kif se nittraduċi għall-Malti dramm li ġie miktub għal tip tant partikolari ta’ teatru – it-teatru epiku u dijalettiku ta’ Brecht, teatru maħluq biex jindirizza l-qagħda politika fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, teatru li jesiġi mill-ispettaturi mhux l-identifikazzjoni u l-empatija mal-persunaġġi tad-dramm iżda fehim razzjonali tal-azzjoni teatrali li qed isseħħ fuq il-palk u diskussjoni profonda dwarha? 

Għaldaqstant, fl-aħħar fażi ta’ reviżjoni tat-traduzzjoni żammejt f’rasi l-impenn politiku tat-teatru ta’ Brecht, ħallejt l-esperjenza teatrali tiegħi tmexxini, filwaqt li ppruvajt, kemm jista’ jkun, nibqa’ leali għat-test oriġinali u nenfasizza l-aspett letterarju tal-kitba nnifisha. Nista’ ngħid li qatt qabel ma kont ħassejt it-tliet oqsma tal-karriera tiegħi – bħala kittieba, attur u traduttur – jingħaqdu daqs kemm ħassejthom jien u nittraduċi Ma Kuraġġ u Wliedha.

Guest Post: ”Il-bidla mid-drammaturġija għall-koreografija” minn Ruben Zahra

Il-vjaġġ tal-preżentazzjoni taż-żfin “Who is She?” beda fl-2019 permezz tax-xogħol teatrali tiegħi “Min Hi?” – produzzjoni ta’ Teatru Malta li fiha hemm l-interpretazzjoni tal-attriċi Lee-N Abela. Kont kurjuż bl-idea li l-azzjoni fiżika tad-drammaturġija tiġi trasposta f’moviment koreografiku. Ħdimt maż-żeffiena Zoe Camilleri biex niġġenera l-materjal għal preżentazzjoni taż-żfin solo ta’ 15-il minuta– komposta mill-ġdid għall-istess narrattiva tax-xogħol teatrali. Il-bidla mid-drammaturġija għall-koreografija kienet interessanti ferm għaliex, għalkemm il-kunċett u n-narrattiva baqgħu l-istess, hija xogħol kompletament ġdida. L-iskript (bit-traduzzjoni Ingliża) ġiet imqassra għal frażijiet qosra u ppreżentata bħala parti integrali tal-mużika ta’ sfond irreġistrata minn qabel. Il-moviment ġie ġġenerat mill-ġdid permezz ta’ tekniki ta’ azzjoni fiżika. Dan ta lil Zoe l-libertà li toħloq il-moviment tagħha stess permezz tal-improvizzazzjoni … li minnu ħadt mumenti b’saħħithom biex nikkomponi l-vokabularju għall-preżentazzjoni. Ħadt gost ħafna naħdem ma’ Zoe. Ħerqan li nerġa’ naħdem ma’Zoe biex niżviluppaw dan ix-xogħol aktar. Grazzi Dance Festival Malta tal-opportunità … u grazzi Teatru Malta talli tajtu spinta lill-vjaġġ.

Ritratti minn Matthew Maribelli

Meta l-kliem isiru vettura għal dak li mhux faċilment viżibbli

Iltqajna ftit mal-protagonisti tal-proġett tagħna Young Europe, il-mentor Ruth Borg u l-kokittieba Alex Weenink u Kurt Gabriel Meli biex nieħdu idea aħjar tal-esperjenza tagħhom fi Praga u fejn għandhom il-ħsieb li jieħdu dan il-proġett qabel ma jipproduċuh fl-2024.

Flimkien ma’ Young Europe, intrapriża eċċitanti oħra, l-ETC għandhom l-għan li jesponu l-vuċijiet mhux dominanti fis-soċjetajiet tagħna u li jagħtu vuċi lill-istejjer li għadhom ma ntqalux. Dawn l-istejjer speċifiċi se jingħadu billi jiġu enfasizzati r-reċti “minsija” u bil-kitba ta’ reċti ġodda li jittellgħu fil-klassijiet: fejn drammaturgi emerġenti minn gruppi minoritarji tat-teatru oriġinali Ewropew, minn xi 8 pajjiżi differenti se jiktbu 8 reċti ġodda għal udjenzi żgħażagħ, bejn l-etajiet ta’ 12 u 25 sena wara li kull reċta tittella’ minn wieħed mit-teatri membri fil-klassijiet.

Ara ftit x’kellhom x’jgħidu Ruth, Alex u Kurt: 

Ruth Borg – Mentor 

”Li ħadt ħsieb dan il-proġett bħala mentor għalija reġa’ kien pass lejn it-teatru testwali, li għall-aħħar qishom ħames snin kien imwarrab f’ħajti. 

Ix-xewqa tiegħi li norħoġ minn dik id-dinja għal xi żmien ġiet minn sensazzjoni klawstrofobika li l-kelma miktuba fil-kreazzjonijiet teatrali kultant hija pprijoritizzata wisq fil-fehma tiegħi. 

Dan il-proġett isseduċieni biex nidħol għalih u biex nifflertja mal-kliem u t-test mill-ġdid minħabba t-tema: l-ilħna mhux dominanti. 

Kienet xi ħaġa sabiħa li niftakar li l-kliem jistgħu jkunu vettura li biha nsibu isem għal dak li ma jidhirx faċilment jew dak li ma jkunx faċilment viżibbli. 

Billi nippersistu biex nagħtu isem lil xi ħaġa li mhijiex suġġett ta’ konverżazzjoni faċli aħna ntuha post fil-kuxjenza tagħna.

Jiena grat ferm li qed naħdem ma’ Kurt u Alex li għandhom passjoni għall-kliem u li jistgħu jagħmlu dan b’mod eċċezzjonali.

Waqt il-vjaġġ tagħna fi Praga, kienet xi ħaġa ta’ ispirazzjoni li nkun magħhom matul is-sigħat tal-workshop kif ukoll fil-ħin rikreattiv.

Alex għandu iktar tendenza li jesprimi ruħu bl-Ingliż u Kurt iktar bil-Malti għalkemm it-tnejn li huma jużaw, bħalma nagħmlu ħafna minna, iż-żewġ lingwi fl-istess ħin!

Meta tarahom jiddiskutu b’mod feroċi dwar il-lingwa Maltija u dik Ingliża jitqanqlu diversi emozzjonijiet f’dak li jkun u tkun spiss sitwazzjoni tad-daħq. 

Hemm xewqa enormi li dawn iż-żewġ lingwi ma jibqgħux ikunu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u li n-nies jieqfu jitmejlu b’dak li jkun sempliċiment minħabba li jkun jippreferi jesprimi ruħu b’lingwa waħda minflok bl-oħra. 

Huma jiċċelebraw il-fatt li t-tnejn jistgħu jkunu sbieħ b’mod indaqs.

Tieħu gost tarahom jitkellmu dwar dan.

Lura għall-workshops fi Praga, spiss konna niġu mfakkra dwar it-tema tal-ilħna mhux dominanti fis-soċjetà tagħna.

Kienet xi ħaġa sabiħa li konna hemm, niltaqgħu ma’ nies minn pajjiżi oħra u nisimgħu l-fehmiet u l-perspettivi tagħhom.

Ma stajtx ma nistaqsix lill-grupp, f’mument minnhom, biex jirrifletti fuq il-mistoqsija: kif spiċċajna hawnhekk, f’din il-kamra? 

Kollha konna nies pjuttost privileġġati u jidhirli li ħafna minna, sa ċertu punt, kellna leħen dominanti. 

Bdejt naħseb dwar kif stajna niddisinjaw sejħiet, stediniet u punti ta’ dħul li jistgħu jippenetraw iċ-ċrieki tas-soltu ta’ nies li jispiċċaw jagħmlu dax-xogħol.

B’dan f’moħħi, ħerqan ħafna, flimkien ma’ Kurt u Alex, li naraw kif nistgħu noħolqu proċess li jippermettilna nisimgħu, onestament, lill-ilħna mhux dominanti li se nagħżlu li nisimgħu. Diġà qed naħdmu fuqha din, u noħorġu bl-ideat!

Ninsab kurjuż fejn se jasal dan kollu fl-aħħar u tant grat li jiena parti minn grupp ħelu.”

Kurt Meli – Ko-Kittieb

‘’Bħala drammaturgu, ir-rwol tiegħi fʼYoung Europe IV huwa li niżviluppa reċta taʼ klassi flimkien maʼ Alex Weenink taħt il-mentoraġġ taʼ Ruth Borg u Dounia Mahammed. Sa ma naslu għall-workshop tagħna fi Praga, jien u Alex lestejna ruħna billi ġbarna moodboards viżivi, poeżiji u kanzunetti, u ktibna tliet ittri li jiffokaw fuq id-dispjaċir, il-kuraġġ u x-xewqa (flimkien mal-workshop fiżiku tagħna stess fʼMalta mmexxi minn Ruth, biex nibdew il-proċess kreattiv). Wara l-workshop fi Praga, filwaqt li nżommu fʼmoħħna l-materjal vast li ħloqna sʼissa, l-approċċ tagħna għall-ġejjieni se jkun wieħed aktar “intuwittiv”. Iktar milli noħolqu karattri u nibbażaw storja madwarhom, minflok aħna se noħolqu kitbiet differenti, ispirati minn mistoqsijiet li nixtiequ nindirizzaw, biex nesperimentaw bʼmaterjal ġdid fʼforom differenti (djalogi, monologi, deskrizzjonijiet, poeżiji, eċċ). Wara dan, il-pjan tagħna huwa li ngħaqqdu l-materjal kollu tagħna flimkien kemm jistaʼ jkun bʼmod koeżiv u niksbu strutturi taʼ prestazzjoni potenzjali u mezzi taʼ narrattiva. Peress li din se tkun l-ewwel darba li qed nesperimenta bʼdan l-approċċ taʼ drammaturġija, jien fuq ninsab fuq ix-xwiek biex nara fejn se jeħodni dan il-vjaġġ, u xʼkontenut se jirnexxilna noħolqu!’’

 

Alex Weenink – Ko-Kittieb

‘’Issa, l-esperjenza ta’ Young Europe IV għalija kienet stedina għall-iskoperta (mill-ġdid) tal-valuri professjonali, kif ukoll artistiċi tiegħi. Jien skoprejt (mill-ġdid) x’nista’ noffri bħala xi ħadd li joħloq xogħol teatrali, f’liema forom u stili tista’ teżisti l-arti tiegħi, u kif nista’ napplika proċessi artistiċi differenti u mhux mistennija. Kienet opportunità biex naqta’ l-użanzi tiegħi. Barra minn hekk, kienet opportunità eċitanti biex ninvestiga u nwessa’ l-kollaborazzjoni tiegħi ma’ Kurt. It-tnejn li aħna nikkunsidraw lilna nfusna bħala kittieba, iżda x’jiġri meta nisfidaw in-nozzjoni tradizzjonali ta’ drammaturġija solitarja? X’inhuma l-linji bejn il-kittieb u d-drammaturgu, il-kelliem espert u l-movimentatur, l-editur u l-attur? Kif ninnavigaw bejniethom kollha? Kollha jeżistu? Għal darba oħra, dan il-proġett stedinna nisfidaw il-metodi u l-affinitajiet stabbiliti tagħna, u l-arti tagħna saret aktar rikka. Ruth, l-għalliema tagħna f’tifsiriet differenti tal-kelma, kienet ċentrali għar-rikkezza ġdida li sibna; mexxiet lilna u lill-proċess tagħna b’ġentilezza u sensittività. Il-ġimgħa tagħna ġewwa Praga mal-European Theatre Convention, ukoll, offrietilna l-għodod, il-perspettivi, l-ispazju, il-ħin, u l-ambjent biex niffokaw b’mod intensiv fuq dan il-proġett u dan il-proġett biss (tip ta’ lussu li huwa rari ħafna llum il-ġurnata). Kienet ġimgħa mimlija b’workshops u seminars ta’ valur kbir, konverżazzjonijiet u diskussjonijiet interessanti ħafna ma’ artisti mill-Ewropa kollha, prestazzjonijiet u veduti panoramiċi li jispirawk, u l-kundizzjoni mentali t-tajba biex tassorbi dan kollu sabiex tħeġġiġna nagħmlu r-reċta li qed infasslu.’’

Il-ħidma ta’ Teatru Malta fuq dan il-proġett tal-klassijiet bdiet din ir-Rebbiegħa, fejn ġew organizzati laqgħat bejn il-mentor, Ruth Borg, u l-mentees u kittieba, Alex Weenink u Kurt Gabriel Meli, biex jibdew jiżviluppaw ix-xogħol inkwistjoni bl-intenzjoni tal-imsieħba kollha mill-kumpaniji kollha tat-teatru parteċipanti li jerġgħu jingħaqdu flimkien matul dan il-festival konġunt fl-2024.

Għal aktar informazzjoni dwar Young Europe jekk jogħġbok segwi dawn il-paġni biex iżżomm ruħek aġġornat mal-aħħar aġġornamenti kollha dwar xi jkunu qed jagħmlu Ruth, Alex u Kurt. 

📷 Jan Hromádko

Teatru Malta jikkollabora mal-Konvenzjoni Ewropea tat-Teatru

Wara li waslu mill-aktar vjaġġ riċenti ta’ Teatru Malta fi Praga għall-ewwel konferenza biannwali tas-sena tal-ETC, il-kollegi tat-teatru minn madwar l-Ewropa kollha reġgħu ngħaqdu fi spirtu ta’ kollaborazzjoni u aktar tagħlim. Id-diskussjonijiet ta’ firxa wiesgħa dwar temi mill-produzzjoni tal-arti f’żoni ta’ kunflitt sal-kunċett ta’ “Black Joy” saru għal diskussjonijiet li jiftħu l-għajnejn fost il-parteċipanti tal-konferenza. 

Teatru Malta huwa eċitat li se jikkollabora mal-ETC fuq numru ta’ proġetti interessanti fis-snin li ġejjin, fosthom, Pipelines, proġett li ħabbarna aktar kmieni din is-sena, immexxi mir-rappreżentanta u kittieba Maltija, Simone Spiteri. Din il-biċċa xogħol, miktuba minn Spiteri, se tkun qed titwettaq fix-xhur li ġejjin, u turi kif il-kollaborazzjoni Ewropea u l-impenn politiku jistgħu jrawmu l-viżibbiltà għal kwistjonijiet jaħarqu, jenfasizzaw it-temi lokali dwar il-kwistjonijiet globali u juru li l-problemi komuni jistgħu jiġu solvuti meta naħdmu flimkien.

Flimkien ma’ Young Europe 4, intrapriża eċċitanti oħra, l-ETC għandhom l-għan li jesponu l-vuċijiet mhux dominanti fis-soċjetajiet tagħna u li jagħtu vuċi lill-istejjer li għadhom ma ntqalux. Dawn l-istejjer speċifiċi se jingħadu billi jiġu enfasizzati r-reċti “minsija” u bil-kitba ta’ reċti ġodda li jittellgħu fil-klassijiet: fejn drammaturgi emerġenti minn gruppi minoritarji tat-teatru oriġinali Ewropew, minn xi 8 pajjiżi differenti se jiktbu 8 reċti ġodda għal udjenzi żgħażagħ, bejn l-etajiet ta’ 12 u 25 sena wara li kull reċta tittella’ minn wieħed mit-teatri membri fil-klassijiet. 

Il-ħidma ta’ Teatru Malta fuq dan il-proġett tal-klassijiet bdiet din ir-Rebbiegħa, fejn ġew organizzati laqgħat bejn il-mentor, Ruth Borg, u l-mentees u kittieba, Alex Weenink u Kurt Gabriel Meli, biex jibdew jiżviluppaw ix-xogħol inkwistjoni bl-intenzjoni tal-imsieħba kollha mill-kumpaniji kollha tat-teatru parteċipanti li jerġgħu jingħaqdu flimkien matul dan il-festival konġunt fl-2024.

Fl-aħħar nett, l-aħħar f’din is-sensiela ta’ ko-produzzjonijiet internazzjonali bejn Teatru Malta u teatri magħżula membri u mhux membri tal-ETC taħt id-direzzjoni ta’ Haris Pašović se jiffokaw fuq il-ħolqien ta’ prestazzjoni b’kast varjat vivaċi li tittratta s-suġġett tal-ekosistema teatrali Ewropea. F’festival fittizju tal-Premjijiet Internazzjonali tat-Teatru fejn id-direttur artistiku u l-ġurija internazzjonali jippruvaw jagħżlu r-rebbieħa tal-premjijiet, din il-biċċa xogħol se tirrappreżenta pjattaforma fejn il-kreaturi jistgħu jirriflettu fuq il-pożizzjonijiet tagħhom stess fir-rigward tax-xejriet teatrali, il-politika, il-kwistjonijiet differenti u l-iskandli.

Din il-prestazzjoni se tippreżenta madwar 7-10 atturi li se jitkellmu bl-Ingliż b’mod lajv fuq il-palk u se jkollha video trailers qosra ta’ wirjiet fittizji li ġew magħżula għall-festival. It-tliet imsieħba li bdew din il-ko-produzzjoni mhux se jkunu l-uniċi msieħba tal-produzzjoni. 

Għal aktar informazzjoni u l-aħħar aħbarijiet kollha ta’ Teatru Malta u ETC jekk jogħġbok żur www.teatrumalta.org

 

ETIKETT – Bankett ta’ Zfin u Teatru nhar il-Ġimgħa

Teatru Malta u l-Kumpanija Moveo Dance jilqgħuk għal bankett ta’ elementi ta’ pjaċir minn din id-dinja, ikla li bl-ebda mod mhija waħda normali. Dan l-avveniment jirrappreżenta l-ewwel darba li l-kumpanija se tkun qiegħda ttella’ bankett ta’ żfin u teatru li huwa ffokat fuq l-arti tat-teatru ta’ improvizzazzjoni f’ristorant ta’ veru.  

Bid-direzzjoni tal-prattikanta tal-improvizzazzjoni popolari Simone Ellul, u bil-mużika ta’ Albert Garzia, m’għandhomx ikunu mistennija formuli teatrali tipiċi matul din il-prestazzjoni li se ddum siegħa u se tieħu l-porzjon tat-tieni platt kompletament ta’ din l-ikla bi tliet platti fir-ristorant Bacchus fl-Imdina.

Din il-produzzjoni tirrappreżenta wkoll l-ewwel kollaborazzjoni bejn il-kumpanija tat-teatru nazzjonali u l-Kumpanija Moveo Dance, fejn id-direzzjoni tal-moviment ġiet fdata f’idejn id-Direttur Artistiku ta’ Moveo stess, Dorian Mallia. Id-direttur tal-kumpanija Moveo, Diane Portelli se tkun qiegħda tieħu sehem ukoll f’dan l-ispettaklu, flimkien maż-żeffiena tal-kumpanija Moveo, mal-attur Sean Briffa u l-Attriċi Antonella Axisa li se jkollha r-rwol ta’ Nina. Dan l-ispettaklu huwa kompletament dipendenti fuq l-udjenza tiegħu li se tkun qiegħda tiggwida d-direzzjoni u n-narrattiva tal-prestazzjoni tul l-ikla. 

Din hija prestazzjoni li m’għandekx titlifha fis-Sala tal-Banketti notevoli ta’ Bacchus fl-Imdina. Ċertament din mhijiex ħarġa ta’ nhar ta’ Ġimgħa normali. Matul din l-ikla, il-mistednin se jsiru parti mill-ispettaklu, u flimkien ma’ ikla ppreparata delizzjuża u ammont kbir ta’ nbid, din il-prestazzjoni hija verament l-ewwel waħda tat-tip tagħha għal Teatru Malta. 

Etikett huwa strettament għal dawk ’il fuq minn 18-il sena u se jagħti l-ewwel prestazzjoni tiegħu nhar il-Ġimgħa, id-29 ta’ April għal lejla waħda biss, bl-intenzjoni li jiċċaqlaq minn post għal ieħor fix-xhur li ġejjin. Il-bibien se jinfetħu fis-19:30, u l-mistednin iridu jkunu bilqiegħda sat-20:00. Il-biljetti jiswew EUR 60.00 u biljett għal grupp ta’ 4 jiswa EUR 200.00 – b’hekk tiffranka EUR 10.00 fuq kull biljett jekk tixtri wieħed għal grupp. Għal iktar informazzjoni dwar Etikett, jekk jogħġbok żur www.teatrumalta.org.mt 

 

”Xi ħaġa importanti daqs kwalunkwe elezzjoni” – kliem ta’ Alex Vella Gregory

Is-Sibt li għadda ttellgħet xi ħaġa importanti daqs kwalunkwe elezzjoni — il-ħames edizzjoni tal-Festival tat-Teatru tat-Tfal, Trikki Trakki, imtella’ minn Teatru Malta b’direzzjoni ta’ Antonella Axisa.

Kelli x-xorti naħdem ma’ żewġ diretturi li tellgħu dramm ċkejken mat-tfal — Nicole Cuschieri u Joseph Galea. Nicole ħadmet verżjoni ta’ Macbeth ta’ Shakespeare mal-istudenti tal-Konservatorju tal-Isqof ġewwa Għawdex. F’din il-verżjoni, Macbeth huwa l-ġeneral leali ta’ Duncan, ir-Re tal-ikel bnin, sakemm darba jiltaqa’ mat-tlett isħaħar u joffrulu berger, u minn hemm tiżvolġi traġedja nutrizzjonali kbira! Joseph ħadem mal-istudenti tal-iskola medja, il-Kulleġġ San Ġorġ Preca ġewwa l-Ħamrun. Flimkien esploraw ix-xogħol tal-iStage Commandos u l-importanza tat-teatru fi żmien il-gwerra u fi żmien il-pandemija.

Ħadt gost ħafna nara l-ispettakli kollha, iżda l-iktar li laqtitni hi l-onestà ta’ dawn it-tfal — teatru mtella’ mit-tfal għal kulħadd. Ħadt gost narahom jesploraw realtajiet b’mod matur iżda dirett: il-pandemija, il-ġejjien, il-bdil fil-klima, etc.

Iżda laqatni ħafna d-dramm ‘The Story of My Future’ mtella’ mill-iskola medja tal-Kulleġġ Santa Tereża, Birkirkara, taħt id-direzzjoni ta’ Malcolm Galea. Fi ftit kliem: familja ta’ immigranti jaslu Malta u minkejja t-taħbit u r-razzi#mu jirnexxilhom jibnu ħajja ġdida. Iżda biex jagħmlu hekk, binthom ikollha tinsa l-ħolma tagħha li ssir mudella, u minflok tilħaq tabiba — għaliex ħadd ma ried jemmen fiha jew jagtiha ċans, inkluż l-għalliema tagħha u sħabha.

Nammetti, ħassejt għafsa f’qalbi. Dak il-kliem, kelma b’kelma, kont smajtu kemm-il darba meta kont tfajjel. ‘Il-mużika? X’ser tagħmel biha? Int tifel intelliġenti, tinħeliex! Sir tabib jew għalliem, mela mużiċist!’ Forsi għax kelli x-xorti li ma kellix naffaċċja razziżmu, jew għax sibt ftit nies li emmnu fiha anke meta ma fehmunix…jew forsi wkoll għax rasi iebsa u ma qtajtx qalbi.

Hi x’inhi t-tweġiba, grazzi lilkom ilkoll li ħadtu sehem u talli fakkartuna li l-beżgħat tagħkom u l-ħolm tagħkom huma prezzjużi. Iva anke l-beżgħat, għax kapaċi taraw dak li aħna, ħafna drabi, naċċettaw bla reżistenza. Issa jekk jogħġobkom…issirux bħalna, siru aqwa minna!

 

”XOGĦOL TEATRALI LI JMISS IR-RUĦ TAS-SOĊJETA’ MALTIJA” – Dr Mario Frendo

DRAGO huwa xogħol teatrali li jmiss ir-ruħ tas-soċjetà Maltija billi jiffoka fuq personaġġ sportiv Malti li bil-kapaċitajiet tiegħu għamel gieħ lil pajjiżu fuq skala internazzjonali – Tony Drago. Ix-xogħol però mhuwiex sempliċiment bijografija ta’ Tony Drago, jiġifieri dak li l-udjenza tassisti għalih mhuwiex xi eloġju superlattiv ta’ individwu. Pjuttost, Drago huwa riflessjoni poetika ta’ soċjetà li kważi bilfors trid kontinwament titratta l-iżolament impost ġeografikament fuqha u il-possibilitajiet li jeżistu jekk dan l-iżolament jiġi megħlub.

F’dan is-sens, Drago huwa riflessjoni pjuttost profonda ta’ dak li jgħaddi minnu Toni bin Sina tal-Belt biex jilħaq l-għola livelli ta’ kwalità fil-professjoni sportiva tiegħu. Dawn l-ogħla livelli huma espressi tajjeb teatrikament meta Peter Galea, li għal madwar 90 minuta, waħdu, jaħdem il-parti ta’ Tony Drago, jitla’ fuq il-mejda tal-isnooker u jmiss dak li d-disinn tad-dawl iġiegħlek taħseb li huwa l-ogħla punt imaġinabbli fid-dinja ta’ Drago. Dan l-għoli li jmiss Drago, però, huwa kkuntrastat mal-biża li Toni jħoss; per eżempju, meta jivvjaġġa bl-ajru u t-temp ma jkunx tajjeb, jew meta Tony Drago jkollu problema mad-dipartiment tat-taxxi Ingliż minħabba manuvri xejn onesti mill-aġenti tiegħu u Toni jċempel ‘l ommu – l-uniku sors ta’ rifuġju għalih –  biex jiftaħ qalbu magħha.  Dawn il-kuntrasti kontinwi bejn Tony Drago u Toni bin Sina tal-Belt huma minsuġa tajjeb ħafna u joħolqu tensjoni interessanti mingħajr qatt ma jippruvaw b’xi mod ibellgħu lill-udjenza xi sens uniku ta’ superjorità madwar Drago.

Anzi, id-direzjoni ta’ Sean Buhagiar tipprovdi mill-bidu sal-aħħar logħba kontinwa bejn is-superjorità ta’ Drago u l-insikurezza ta’ Toni bin Sina tal-Belt li toħloq tensjoni li mhix wisq bogħod minn dik ta’ logħba snooker. Allura, il-logħba tal-isnooker li tagħha Drago hu esponent ta’ fama internazzjonali mhi xejn ħlief metafora ta’ soċjetà Maltija riflessa fi storja ta’ individwu.

 

Dr Mario Frendo

Lettur f’Università ta’ Malta

 

 

COVID-19 – Standards for Cinemas and Theatres

The following standards are issued under the Public Health Act Chapter 465 of the Laws of
Malta and require strict adherence. Failure to adhere to these conditions will result in
enforcement procedures, as provided by the Act and the subsidiary legislation.
The COVID-19 pandemic has been leaving a mark on the world, with a great toll on health,
economies, and society in general. Consistent use of a variety of public health measures have
helped to control the pandemic. The drive for vaccination with booster along with the nonpharmaceutical measures in place, are crucial to control and retain a stable situation and
prevent acute hospitalisations, ITU admissions and COVID-related deaths.

Cinemas and theatres are expected to take care of the health, safety and welfare of workers,
contractors, delivery persons, clients and patrons. This includes providing and maintaining an
environment that minimises risk to health and safety. Cinemas and theatres must minimise
the risk of exposure to COVID-19 by taking reasonable and practical measures to mitigate risk.

Click here for the full list of standards to be observed in licensed cinemas and theatres