ETIKETT – Bankett ta’ Zfin u Teatru nhar il-Ġimgħa

Teatru Malta u l-Kumpanija Moveo Dance jilqgħuk għal bankett ta’ elementi ta’ pjaċir minn din id-dinja, ikla li bl-ebda mod mhija waħda normali. Dan l-avveniment jirrappreżenta l-ewwel darba li l-kumpanija se tkun qiegħda ttella’ bankett ta’ żfin u teatru li huwa ffokat fuq l-arti tat-teatru ta’ improvizzazzjoni f’ristorant ta’ veru.  

Bid-direzzjoni tal-prattikanta tal-improvizzazzjoni popolari Simone Ellul, u bil-mużika ta’ Albert Garzia, m’għandhomx ikunu mistennija formuli teatrali tipiċi matul din il-prestazzjoni li se ddum siegħa u se tieħu l-porzjon tat-tieni platt kompletament ta’ din l-ikla bi tliet platti fir-ristorant Bacchus fl-Imdina.

Din il-produzzjoni tirrappreżenta wkoll l-ewwel kollaborazzjoni bejn il-kumpanija tat-teatru nazzjonali u l-Kumpanija Moveo Dance, fejn id-direzzjoni tal-moviment ġiet fdata f’idejn id-Direttur Artistiku ta’ Moveo stess, Dorian Mallia. Id-direttur tal-kumpanija Moveo, Diane Portelli se tkun qiegħda tieħu sehem ukoll f’dan l-ispettaklu, flimkien maż-żeffiena tal-kumpanija Moveo, mal-attur Sean Briffa u l-Attriċi Antonella Axisa li se jkollha r-rwol ta’ Nina. Dan l-ispettaklu huwa kompletament dipendenti fuq l-udjenza tiegħu li se tkun qiegħda tiggwida d-direzzjoni u n-narrattiva tal-prestazzjoni tul l-ikla. 

Din hija prestazzjoni li m’għandekx titlifha fis-Sala tal-Banketti notevoli ta’ Bacchus fl-Imdina. Ċertament din mhijiex ħarġa ta’ nhar ta’ Ġimgħa normali. Matul din l-ikla, il-mistednin se jsiru parti mill-ispettaklu, u flimkien ma’ ikla ppreparata delizzjuża u ammont kbir ta’ nbid, din il-prestazzjoni hija verament l-ewwel waħda tat-tip tagħha għal Teatru Malta. 

Etikett huwa strettament għal dawk ’il fuq minn 18-il sena u se jagħti l-ewwel prestazzjoni tiegħu nhar il-Ġimgħa, id-29 ta’ April għal lejla waħda biss, bl-intenzjoni li jiċċaqlaq minn post għal ieħor fix-xhur li ġejjin. Il-bibien se jinfetħu fis-19:30, u l-mistednin iridu jkunu bilqiegħda sat-20:00. Il-biljetti jiswew EUR 60.00 u biljett għal grupp ta’ 4 jiswa EUR 200.00 – b’hekk tiffranka EUR 10.00 fuq kull biljett jekk tixtri wieħed għal grupp. Għal iktar informazzjoni dwar Etikett, jekk jogħġbok żur www.teatrumalta.org.mt