Antonella Axisa
Biografija
Antonella hija attriċi, preżentatriċi u artista tal-voiceovers full-time. Għal 6 snin hija tħarrġet fl-iskola nazzjonali tad-drama ta’ Malta u mal-grupp teatrali Aleateia. Fl-2006 kisbet Masters fl-Arti Performattiva mill-Kulleġġ Goldsmiths f’Londra. Fi Brussell tħarrġet fit-tekniki Meisner u Chubbuck. Bejn l-2014 u l-2015 hija qattgħet ftit xhur Los Angeles, fejn attendiet klassijiet f’Lee Strasberg School u Chubbuck Studio. Bħala teatru, hija ħadmet f’Boulevard u Pope Joan għal Teatru Malta, Macbeth, Sibna ż-Żejt u Ħabbilni Ħa Nirbaħ fit-Teatru Manoel, kienet il-Kummissarju tal-Pulizija fil-kabaret Balzunetta Towers f’PTR, Doctor Baldini f’Moving Mountains fi Spazju Kreattiv, u Kate Stockmann f’En Folkefiende fit-teatru Blue Box. Bħala TV, Antonella interpretat rwoli f’serje bħal Ħbieb u Għedewwa u L-Għarusa filwaqt li bħala films, Antonella kienet fil-film ippremjat Simshar, Alicia, The Last Grain u Coming Soon. Fis-Sajf tal-2017, Antonella pproduċiet il-film qasir Marbut, li kien iffinanzjat mill-Malta Film Fund. Għal Teatru Malta Antonella għandha wkoll ir-rwol ta’ Direttur ta’ Trikki Trakki, il-Festival tat-Teatru għaż-Żgħażagħ.