POPE JOAN
Teatru Malta ssieħeb mal-Malta International Arts Festival biex iwasslilkom waħda mill-aktar stejjer kontroversjali li qatt eżistew.
Tifla prodiġju li tagħżel li tisfida d-destin tagħha, titwieled f’dinja konservattiva immens iddominata mill-irġiel. Hija żżomm rasha għolja u tibqa’ determinata, titgħallem taqra b’mod sigriet minn wara dahar missierha u tilbes ta’ tifel biex tkompli titgħallem fil-monasteru fejn idaħħluha bħala patri. Pope Joan jirrakkonta l-istorja ta’ mara li xejn mhu se jwaqqafha milli tikseb il-libertà u l-qawwa li huma tagħha bi dritt. U li ssegwi l-vjaġġ tagħha biex issir, kif tgħid il-leġġenda, l-ewwel u l-unika Papa mara li qatt eżistiet.
L-istorja se tingħata l-ħajja minn tim ta’ atturi inkredibbli, immexxijin mid-direttriċi u drammaturgu ta’ esperjenza vasta Irene Christ. Il-produzzjoni tindirizza l-femminiżmu, l-identità tal-ġeneru, ir-reliġjon u għadd ta’ temi oħrajn. Dan huwa dak it-tip ta’ teatru li jkebbes id-diskussjoni, u aħna nħobbuha d-diskussjoni.
Bi sħubija mal-Kunsill Malti għall-Arti, Festivals Malta il-Malta International Arts Festival, l-Ambaxxata Amerikana, L-German Maltese Circle, u l-Istitut Goethe
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€ 20 / € 18 (konċessjoni)
Team tal-Produzzjoni
Direttriċi: Irene Christ
Rumanz: Donna Woolfolk Cross
Adattazzjoni għall-palk: Susanne Felicitas Wolf
Disinjatur tal-Produzzjoni: Joachim Hamster Damm
Koordinatriċi tal-Produzzjoni: Gabija Kazlauskienė