TRIKKI TRAKKI

By Teatru Malta

Trikki Trakki se jagħlaq TLIETA! Il-festival popolari jirritorna fil-Blue Box għat-tieni darba u se jagħti opportunità lill-istudenti ta’ skejjel li japplikaw jaħdmu ma’ diretturi ewlenin tat-teatru biex jipproduċu adattamenti ġodda fjamanti ta’ drammi klassiċi popolari.

Ħin
TBA
Data
7 u 8 ta' Marzu
Post
Blue Box M Space Triq Oscar Zammit , Msida Malta MSD 1280

Trikki Trakki se jagħlaq TLIETA! Il-festival popolari jirritorna fil-Blue Box għat-tieni darba u se jagħti opportunità lill-istudenti ta’ skejjel li japplikaw jaħdmu ma’ diretturi ewlenin tat-teatru biex jipproduċu adattamenti ġodda fjamanti ta’ drammi klassiċi popolari.

Dan il-festival uniku għat-tfal mit-tfal joffri lill-istudenti l-opportunità li mhux talli jiżviluppaw il-kreattività u t-talent tagħhom iżda joħolqu wkoll produzzjoni teatrali taħt l-attenzjoni u l-għarfien espert tal-aqwa tuturi u diretturi tas-settur. Dan jippermettilhom iduqu l-verità tax-xogħol fid-dinja reali tat-teatru. Mid-disinn tal-kostumi, l-irtokk u d-dwal sat-tħejjija tas-xenarju u l-ħolqien tal-props, dawn it-tfal se jaslu biex jagħmlu dan kollu!

 

 

B’kollaborazzjoni mal-Unità tal-Avvenimenti, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, u d-Drama Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Valutazzjoni.

Informazzjoni Fuq il-Biljetti

ĦIN: 5.30PM; 7PM (IS-SIBT)/ 10AM; 11.30AM (IL-ĦADD)

SPETTAKLI GĦALL-PUBBLIKU: 7 u 8 ta’ Marzu 2020

PREZZ: €5

LINGWA: Malti u Ingliż

Tim tal-Festival

DIRETTUR TAL-FESTIVAL: Antonella Axisa

DIRETTURI U MENTORS TAL-FESTIVAL: Simon Bartolo, Denise Mulholland, Nicole Cuschieri, Chris Gatt, Clive Piscopo, Isabelle Gatt

KOSTUMI U PROPS: Isabel Warrington

Skejjel Parteċipanti

St Michael School

San Anton School

Ħandaq Middle School

St Theresa College Birkirkara Middle School

Saint Albert the Great College

MVPA (Malta Visual and Performing Arts School)

TRIKKI TRAKKI

Blue Box M Space Triq Oscar Zammit , Msida Malta MSD 1280 7 u 8 ta' Marzu