RINOĊERONTI ta’ Ionesco
Hemm xi ħaġa stramba għaddejja f’belt fejn qatt ma jiġri xejn stramb. F’din il-belt, belt normali ħafna mimlija nies li għandhom ħajja ordinarja ħafna, it-tip ta’ ħajja fejn kull jum ikun dejjem l-istess, daqt se jiġri xi ħaġa assurda. Iżda x’jiġri meta dawn in-nies, dawn l-istess nies normali li inti ħsibt li tafhom tajjeb ħafna, jibdew jinbidlu? Tinbidel int ukoll?
Bħala parti mill-Proġett Klassiċi, Teatru Malta se jkun qed jippreżenta waħda mill-kapolavuri ta’ Ionesco li tifforma parti miċ-ċiklu ta’ Berenger. Rinoċeronti hija biċċa xogħol ta’ teatru assurd li tindirizza l-konformiżmu, l-isteriżmu tal-massa u l-aljenazzjoni, fost suġġetti oħra. Rinoċeronti ġie tradott u se jittella’ bil-Malti f’din l-adattazzjoni ġdida tal-kummiedja sewda klassika ta’ Ionesco. Rinoċeronti se jiġi ppubblikat ma’ klassiċi oħrajn ta’ Ionesco li ġew tradotti għall-Malti.
Bi sħubija mal-Università ta’ Malta
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€ 20 / € 15 (konċessjoni)
Tim Kreattiv
BERENGER – Daniel Azzopardi
JEAN – Andre Mangion
DAISY – Naomi Knight
DUDARD -Michael Mangion
IL-MARA TAD-DAR -Antonella Axisa
SIDT IL-HANUT TAL-MERCA -Daniela Carabott Pawley
IR-RAGEL ANZJAN / PUMPIER -Aaron Fenech
IL-WAITRESS / LEĦEN IL-MARA TAX-XWEJJAĦ -Kim Dalli
L-ESPERT TAL-LOGIKA – Joe Depasquale
SIDT IL-KAFETTERIJA/ IS-SINJURA BOEUF – Magda van Kuilenburg
IS-SUR PAPILLON – Simon Curmi
BOTARD – Anthony Ellul
Team tal-Produzzjoni
Directed and adapted by: Michael Fenech
Written by: Eugène Ionesco
Translated by: Albert Gatt and Clare Azzopardi
Set Designed by: Michael Fenech
Animation Artist by: Rodney Gauci
Sound Design by: Cygna and Apotheosis
Production Manager: Nicole Blackman