Isabel Warrington
Biografija
Isabel Warrington hija waħda mill-atturi ewlenin fit-teatru ta’ Malta, b’karriera mifruxa fuq 25 sena li matulha hija kellha firxa wiesgħa ta’ karattri. Uħud mill-aktar notevoli kienu l-karattri prinċipali fi spettakli bħal Shirley Valentine ta’ Willy Russell u Mrs Birling f’An Inspector Calls, fost oħrajn. Partijiet mużikali jinkludu; Tanya f’Mamma Mia, Audrey f’Little Shop of Horrors, The Witch f’Into The Woods, u ħafna oħrajn. Isabel hija artista kompluta li x-xogħol tagħha huwa influwenzat ħafna mit-teatru, speċjalment il-kummiedja. Ħafna mix-xogħol reċenti tagħha huwa illustrazzjoni u karikatura. Żiedet ukoll id-disinn tal-kostumi fir-repertorju tagħha—fl-2015 iddisinjat il-kostumi għall-opri L’Elisir d’Amore, u Romeo and Juliet. Kienet id-disinjatur tal-kostumi għall-pantos, Treasure Island, Cinderella, u Jack and the Beanstalk, kollha mtella fl-MFCC.