Trikki Trakki 2024

By Teatru Malta

Ħin
Data
Diċembru - Marzu
Post
M Space, Msida

Trikki Trakki mill-ġdid magħna!

L-uniku festival f’Malta għas-studenti magħmul mill-istudenti stess, bil-lest għal staġun ieħor mimli suċċessi, u nixtiequ li INT tingħaqad magħna!

Jekk tintgħażel, l-iskola tagħkom tkun waħda mis-6 gruppi ffurtunati li jaħdmu ma’ ftit mid-diretturi l-aktar eċċitanti tat-teatru f’Malta, biex toħolqu spettaklu pubbliku! Int ukoll tipparteċipa f’numru ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ relatati mal-industrija, ma’ xi wħud mill-professjonisti tal-ġenn li jaħdmu fl-industrija

Verament m’għandekx titlifha di…

 

 

Applika llum!

 

…taf li trid

 

FAQ’S

  • X’inhu Trikki Trakki? Trikki Trakki huwa programm ta’ għajnuna mingħajr ħlas maħluq bil-ħsieb li jdewwaq it-teatru lill-istudenti, billi jagħtihom l-opportunità jipparteċipaw f’prestazzjonijiet u jkollhom diversi esperjenzi oħrajn marbutin mat-teatru.

 

  • Min jista’ japplika? Kwalunkwe skola f’Malta u Għawdex (kemm jekk skejjel tal-gvern, tal-knisja jew privati), li għandhom studenti tal-Year 7 (Form 1), jistgħu japplikaw. Dawk l-iskejjel interessati għandhom japplikaw ma’ grupp wieħed ta’ 15-20 student. Teatru Malta, flimkien ma’ diretturi tat-teatru, se jagħżlu sitt iskejjel/gruppi biex jipparteċipaw fil-proġett. 

 

  • Kemm ser jintgħażlu studenti biex jipparteċipaw fil-festival? Trikki Trakki se jagħżel 6 skejjel biex ikunu parti mill-festival, u kull skola se tgħaqqad grupp ta’ madwar 15-20 student. Jiġiferi, se jipparteċipaw madwar 90-120 student fil-festival.

 

  • Il-provi jsiru waqt il-ħin tal-iskola? Il-provi mad-direttur deżinjat jistgġu jsiru kemm waqt il-ħin tal-iskola, u anka wara, bi ftehim bejn l-iskola u di-direttur. Madankollu, il-ġimgħa ta’ produzzjoni (11.03.24 – 15.03.24) u s-Sessjonijiet ta’ Taħriġ tal-Arti Teatrali (12.12.23 and 14.12.23) se jseħħu waqt il-ħin tal-iskola f’MSPACE, L-Imsida, bejn id-9:00 am u s-1:30pm.

 

  • Ta’ liem sena jistgħu jkunu l-gruppi li japplikaw għall-festival? Attwalment, il-festival hu mmirat għal studenti tas-7 sena (jew Form 1).

 

Kuntatt

Email trikkitrakki@teatrumalta.org.mt 

Trikki Trakki 2024

M Space, Msida Diċembru - Marzu