Larinġa Mekkanika – A Clockwork Orange
A Clockwork Orange huwa “cult classic”. Iżda qabel ma sar film popolari, kien rumanz kontroversjali li jirrakkonta l-istorja ta’ żagħżugħ imħawwad ta’ ħmistax-il sena. Burgess kien qed jgħix hawn Malta fejn ħadem fuq il-gżira tagħna għal tul ta’ żmien.
Burgess kiteb dan id-dramm famuż ibbażat fuq il-ktieb u din is-sena Teatru Malta ġew ikkummissjonati minn Żigużajg biex jipproduċu adattament ġdid ta’ dan il-kult klassiku, din id-darba għat-teenagers. Hekk hu, għat-teenagers. Bil-bullying, is-self-harm, id-drogi, il-vjolenza, l-identità tal-ġeneru u kwistjonijiet oħra li għadhom rilevanti sal-lum, A Clockwork Orange se jiġi tradott għall-Malti għall-ewwel darba f’verżjoni friska u attwali ta’ dan ix-xogħol tant maħbub.
Dan huwa teatru li jesplora l-oskurità permezz tad-delinkwenza minorili, il-gangs taż-żgħażagħ u suġġetti soċjali, politiċi u ekonomiċi oħra f’futur kważi distopiku.
Bi sħubija ma’ Żigużajg u Spazju Kreattiv
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€5
Tim Kreattiv
Team tal-Produzzjoni
Direzzjoni: Sean Buhagiar
Kitba: Anthony Burgess
Traduzzjoni: Wayne Flask
Maniġer tal-Produzzjoni: Mireille Estelle Camilleri
ASM: Denise Perini
Direzzjoni Vokali: Sean Borg
Direzzjoni tal-Moviment: Cheryl Lofreda
Disinn tax-Xenarju: Aldo Moretti
Disinn tal-Ħoss: Mario Sammut
Animazzjoni: Chris Goa Farrugia
Disinn tad-Dawl: Late Interactive
Props Maker: Antoine Farrugia
Kostruzzjoni tas-Set: Claudio Apap
Direzzjoni tal-Ġlied fuq il-Palk: Stephen Oliver
School Shows
Tixtieq issir taf aktar? Mela kklikkja fuq il-pakkett tar-riżorsi hawn taħt biex tiskopri dak kollu li għandek bżonn tkun taf qabel tirriżerva!