#BEZZJONI: Maryrose Mallia

 Elisa Von Brockdorff

Il-ġimgħa l-oħra kien il-bieb ta’ Maryrose Mallia li morna nħabbtu biex naraw kif inhi u x’qed tagħmel waqt din il-pandemija.

Għal darb’oħra ma rnexxilniex inħabbtu fuq il-bieb għax aħna
u sejrin intlifna u Maryrose kellha tibgħat lil ħuha Lino jfittixna.

Dan ovvjament sabna bla problemi u, meta wasalna għandhom hemm kienet Maryrose, lesta tistenniena fil-bieb tad-dar. Leqgħatna bi tbissima u dik it-tixjira u daħqa ħelwa tagħha. Iddiskutejna l-importanza li żżomm ruħek impenjata, li tkun kapaċi tiżbogħ xagħrek stess, li tiekol tajjeb għal saħħtek, u li tħaddan t-talenti qodma tiegħek biex iżżomm ruħek okkupata!

Hemm, fuq l-għatba tal-bieb tagħha, sewwasew fiċ-ċentru ta’ pjazzetta pittoreska fir-raħal ħlejju ta’ Ħaż-Żebbuġ Maryrose qasmet magħna xi ħsibijiet u ftit ċajt dwar il-ħajja fiż-żmien il-COVID-19 bħala parti mis-serje #BEZZJONI ta’ Teatru Malta, sensiela ta’ laqgħat bieb bieb ma’ ikoni tat-teatru Malti.

“Jiena Maryrose Mallia, twelidt f’Ħaż-Żebbuġ fid-9 ta’ Mejju 1953, jiġifieri tafu li għandi 67 sena. Ilni fil-karriera 53 sena, ma waqaft qatt, kemm bħala attriċi u kemm bħala kantanta. Kont barra minn Malta 16-il sena sħaħ – il-Ġermanja – u issa din qed isservini bħala brejk naturali.

“Għal naqra ma nqbadx Milan għax kont sejra niffirma kuntratt hemmhekk, jiġfieri l-Bambin refgħani minn xagħri! U issa ninsab hawnhekk, nistenna l-eżitu bħal kulħadd, ta’ dan il-virus imbierek li niżżel lil kulħadd għal kupptejh.

“Fil-ħin liberu qed insajjar, innaddaf id-dar, narmi l-imbarazz li jakkumula. Interessanti kemm qed insib affarijiet għax il-mamà kienet iżżomm kollox. Sibt santi anke tal-preċett tiegħi! Knitting, u kotba.

“Inħobb naqra ħafna. Kieku ma kellix din il-professjoni kont nistudja l-psikoloġija. Naqra ħafna kotba ‘self-help’ biex intejjeb lili nnifsi u n-nies ta’ madwari.

“Minn kollox qed naqra, bil-Malti u bl-Ingliż, anke dwar is-saħħa, għax jien iffissata dwar healthy eating u healthy living ukoll. Minn kollox nagħmel, meta niddejjaq nagħmel xi ħaġa, naqleb għal xi ħaġa oħra. Indoqq il-pjanu wkoll, dejjem għaddejja b’xi ħaġa.

“Nagħmel video calls ukoll. Għandi ħabiba intima tiegħi il-Kanada, indumu mparlaw ma ngħidlekx kemm jien u hi. U nċempel lill-ħbieb li għandi l-Ġermanja u l-Italja wkoll. M’għandix kwiet!”

 

Linji Gwida għall-Klassifikazzjoni ta’ Produzzjonijiet Teatrali u Produzzjonijiet oħra fuq il-Palk skont l-Età

Wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Avviż Legali 416/2012 jistipula li ll-produzzjonijiet kollha teatrali u produzzjonijiet oħra fuq il-palk, li għalihom jista’ jattendi l-pubbliku, kemm bi ħlas jew b’xejn, għandhom jingħataw klassifikazzjoni skont l-età raġonevoli u xierqa, skont il-kategoriji tal-klassifikazzjoni skont l-età elenkati fir-regolament 6(1).

Il-linji gwida huma maqsumin kif imniżżel hawn taħt:

  • Ċertifikat U – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età;
    • Ċertifikat GW – Jistgħu jidħlu persuni ta’ kull età iżda xi
    xeni jistgħu ma jkunux tajbin għat-tfal żgħar;
    • Ċertifikat 12A – Tajjeb biss għal persuni li għalquta’
    12-il sena, u fuqhom, iżda persuni ta’ età iżgħar minn
    12-il sena jistgħu jarawhom biss jekk ikunu akkumpanjati
    minn persuna adulta biss;
    • Ċertifikat 12 – Jistgħu jidħlu persuni minn 12-il sena
    ’l fuq;
    • Ċertifikat 15 – Jistgħu jidħlu persuni minn 15-il sena
    ’l fuq;
    • Ċertifikat 18 – Jistgħu jidħlu persuni minn 18-il sena
    ’l fuq

Dawn il-linji gwida jistgħu jitniżżlu minn hawn, kif ukoll l-elementi tad-disinn minn hawn.

Dan id-dokument huwa miftuħ għall-konsultazzjoni sat-30 ta’ Ġunju. Jekk għandek xi kummenti ibgħat fuq info@artscouncilmalta.org.

 

 

#BEZZJONI: Joe Quattromani

Il-ġimgħa li għaddiet morna nħabbtu fuq il-bieb ta’ Joe Quattromani biex naraw kif inhu u nistaqsuh kif sejjer waqt din il-pandemija. Ma kinitx diffiċli wisq biex insibu l-bieb u lanqas biss kellna għalfejn inħabbtu fil-fatt, għax Joe kien hemm jistenniena bil-ħerqa 🙂 puntwali bħal dejjem! Xejrilna u leqgħana, bħal dejjem bi tbissima dħulija u konversazzjoni interessanti dwar il-fatt li ilu xahrejn wieqaf fi żmien fejn suppost kellu jkun impenjat. Waqt li smajnieh, huwa ħa mument biex jiżgura li nsellu għall-ex kollegi tiegħu li qed nippjanaw li nżuru wkoll. Qalilna kif l-email tiegħu ġie hacked b’mod misterjuż matul l-Għid u qasam xi ħsibijiet magħna dwar il-ħajja fiż-żmien tal-COVID-19. Dan kollu bħala parti mis-serje ta’ Teatru Malta #BEZZJONI, serje ta’ laqgħat bieb bieb ma’ ikoni tat-teatru Malti.

Mal-udjenzi lokali tar-radju, palk, telviżjoni u film, Joe ma għandux bżonn introduzzjoni. Minbarra li huwa attur popolari, huwa għalliem tad-drama, direttur teatrali u produttur ta’ bosta xogħlijiet għall-palk u r-radju. i.e. Anzjan f’kull forma ta’ arti drammatika.

“Mill-bidu nett tal-pandemija, obdejt l-ordnijiet u ssakkart id-dar. Ma kinitx haġa faċli għalija li kont għadni attiv. L-affarijiet li nħobb nagħmel, radju, palk, televiżjoni u film għalija waqfu ħesrem. Però minn din il-waqfa ħadt opportunità. Dort dawra madwari u rranġajt ħwejjeġ li kien ilhom jistennew. Saħansitra spiċċajt nikteb l-istorja ta’ ħajti. Nista’ ngħid li għalija din kienet, “blessing in disguise.”

“Kuraġġ ħbieb. Saħħa.
– Bezzjoni Joe!

COVID-19: Waiting For Better Times

Actor Andre Mangion dreams about the return to our physical theatres.

Photo credit: Kris Micallef

I have, for the past months, been busy working from home. Naturally, the customary dynamics have changed. The Covid-19 pandemic means spending a good portion of my time meeting people virtually and discussing different forms of artistic endeavours for the months to come.

I think right now artists and performers are broadly categorized in two frames of mind. There are those who tend to favour waiting for better times, because live theatre has been and will always be their loved medium.

And there are those who are grabbing the bull by its horns and re-creating themselves artistically for a digital platform.

While I think both mind frames have their own merits on a personal level, at the time of writing I am more inclined towards the former rather than the latter.

I do not think it is a matter of throwing in the towel on the experience of live arts. The experiences of a digital platform and the live arts are not the same. Not inferior or superior – simply not the same.

I am not too comfortable saying that the long-term vision for the Arts should be to try and replicate the experience of live arts with a digital platform. I am more inclined in discovering ways of how the two experiences can co-live together and sustain each other in the future.

Within this frame of thought, something which is for sure, is that I will not be halting from thinking creatively and come up with ideas for better times. I must admit. During this year I have been experimenting with a new form of writing, which is kind of new to me. I am amalgamating this form within the parameters of theatre. I do hope to share this work with audiences when the appropriate time comes around.

I am also following cultural research on how audiences will return to theatres. Research companies are assessing the likelihood and the public tendency of returning to cultural events.

I firmly believe that such research could help artists and public cultural organisations in creating a strategic plan for the eventual re-opening of theatres and cultural centres.

Locally, a national collective effort towards this type of research would be highly beneficial to all interested parties, whether it is a Public Cultural Organisation or an individual performer.

Bezzjoni: Karmen Azzopardi

Karmen Azzopardi hija attriċi Maltija versatili ħafna. Sa mis-snin ħamsin, it-talenti tagħha kienu mfittxija minn bosta kumpaniji. Fost dawn kien hemm il-Malta Drama League, il-Kumpanija Gioventù Cattolica, il-Manoel Amateur Dramatic Club u l-Maleth.
 
Karmen hawnhekk taqsam magħna xi ħsibijiet dwar kif qed tgħix iż-żmenijiet tal-COVID-19, f’dis-sensiela fejn niltaqgħu ma’ uċuh maħbuba għal #BEZZJONI
 
“Din hija d-disa’ ġimgħa li qegħda magħluqa hawn ġew. Ma nistax ngħid li jiena mdejqa. Jien bniedma li dejjem ħabbejt il-kwiet. Issa ilni ngħix waħdi minn mindu miet ir-raġel tiegħi, Chev. Paul Naudi, tlettax-il sena ilu.
 
“Qabel iż-żmien tal-Covid-19 kien ikolli diversi impenji barra imma issa xejn. Naturalment il-fatt li jkolli noqgħod hawn bilfors allura l-biċċa ħadet xejra oħra. La mmur il-knisja, la tqarbin, la familja, la ħbieb, la ħelper, la hairdresser. Xejn. Waħdi. Imma l-importanti li kull filgħodu nagħmel programm f’moħħi x’għandi nagħmel matul il-ġurnata.
 
“Mela Quddies fuq it-TV u anki Rużarju, kitba, qari, tisjir, daqsxejn television, inwieġeb messaġġi fuq l-ismartphone u hekk. Nirringrazzja lill-Mulej li għandi tal-grocer u tal-ħaxix u tal-mediċina li huma ta’ għajnuna kbira. Iġibuli kollox wara l-bieb u jien indaħħal kollox ġewwa.
 
“Ħaġa tajba li naħseb li ser toħroġ minn dan iż-żmien hija li sibt ħin aktar biex nirrifletti fuq ċertu veritajiet tal-ħajja. Il-prijoritajiet ħadu xejra oħra. Dak li kont naħseb li ma nistax ngħaddi mingħajru issa jinħass mhux daqshekk importanti.
 
“Ħaġa oħra, l-ispiritwalità li nħoss u l-karità li nara li qed issir nittama li jgħinuni biex noħroġ minn dan iż-żmien ta’ kriżi bħala mara aħjar bi kwalitajiet altruistiċi li jkunu ta’ ġid għalija u għall-oħrajn.”

Kwarta Kwarantina!

Kwarta Kwarantina – L-ewwel 4 filmati/vidjos varati llum fuq Facebook
Għandkom amment tal-inizjattiva tagħna, Kwarta Kwarantina? L-ewwel erba’ vidjos ħarġu llum, eżatt fil-ħin biex niċċelebraw il-Jum Dinji tat-Teatru! Ħares lejn il-feed tagħna fuq Facebook biex issegwi l-aġġornamenti eċċitanti kollha tagħna – jew ara sempliċiment l-ewwel tnejn hawnhekk stess u ċċekkja aktar tard għall-oħrajn!
U għada (jiġifieri s-Sibt 28 ta’ Marzu) se noħorġu akta

TLETT inizjattivi ġodda għal-Jum Dinji tat-Teatru!

Teatru Malta jniedi Theatre Depożit u TeleTeatru fil-Jum Dinji tat-Teatru

  • TeleTeatru jwassal biex proġetti ta’ Teatru Malta jiġu strimjati fuq it-TV u l-pjattaformi tal-midja soċjali
  • Inizjattiva ġdida ta’ Teatru Malta, Theatru Depożit tinvesti fl-artisti affettwati mill-Covid-19

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tat-Teatru, Teatru Malta nediet 3 inizjattivi ġodda bl-għan li jmantni l-impenn tiegħu li jinvesti fl-artisti u l-arti performattiva anke waqt dawn iż-żminijiet bla preċedent.

‘Tele Teatru’, ‘Kwarta Kwarantina’ u ‘Teatru Depożit’ huma inizjattivi li tnedew illum mill-Ministru José Herrera u d-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar. TeleTeatru hija pjattaforma ġdida fejn proġetti artistiċi u teatrali jitwasslu direttament fi djar in-nies. Din l-inizjattiva, li qed isseħħ taħt l-awspiċi tal-MINISTRU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI, tiżgura li l-kumpanija nazzjonali tat-teatru tkompli tilħaq l-udjenzi Maltin b’mod ġdid.

“Dan huwa żmien partikolarment diffiċli għan-nies li jaħdmu fl-oqsma tal-kultura u t-teatru minħabba li t-teatri huma kollha magħluqin. Madankollu, se nkunu qed inwasslu t-teatru lin-nies xorta waħda, anke jekk mhux permezz tas-siti tas-soltu. Qed inniedu proġett biex noħolqu pjattaforma li tippermetti proġetti teatrali u artistiċi biex jiġu varati. Żewġ proġetti li se jagħmlu użu minn din il-pjattaforma huma Teleteatru u Kwarta Kwarantina ta’ Teatru Malta. Permezz ta’ TeleTeatru se nkunu qed nuru proġetti ta’ Teatru Malta online u fuq it-televiżjoni bħala parti minn proġett akbar li jwassal it-teatru fid-djar tal-udjenzi. Fil-fatt, l-ewwel proġetti li se jiġu mnedija għada fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali u permezz ta’ kollaborazzjoni mal-PBS, proġetti bħall-ispettaklu fuq skala kbira ta’ Teatru Malta, VII, se jintwerew fuq it-televiżjoni lokali”, qal il-Ministru għall-Kultura Jose Herrera.

Apparti minn TeleTeatru, Teatru Malta nieda wkoll Theatre Depożit, proġett fejn l-artisti jistgħu jiksbu sa’ 50% depożitu fuq xogħol li għad iridu jagħmlu fil-futur. 

Il-president eżekuttiv tal-Kunsill tal-Arti, Albert Marshall, stqarr li “Fis-sitwazzjoni prekarja li tinsab fiha d-dinja bħalissa, ‘thinking outside the box’ huwa dak li għandna bżonn. TM kien dejjem xempju ta’ din l-emmna: fil-fatt, idea ta’ Theatre Deposit tagħmel sewwasew dan. Fiċ-ċirkustanzi, kull inizjattiva favur l-artist milqut hija balzmu u se tkun ta’ impronta biex ACM ikun proattiv ħalli jittaffa ftit l-ugigħ li qed iħoss is-settur artistiku. Din hija inzjattiva tassew eċċellenti f’dan ir-rigward għax tinvesti fil-ġejjieni tas-settur, li msaħħab kemm hu msaħħab, l-artist dejjem jaf  kif iffitex ix-xemx.”

“Qatt ma esperjenzajna żminijiet daqstant diffiċli għat-teatru f’ħajjitna. Għalkemm it-teatru huwa rinomat għall-użu tal-maskri, żgur li ma stennejniex li kien se jkollna nużaw din il-maskra partikolari li qed nilbsu bħalissa fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Madankollu issa huwa ż-żmien meta l-aktar li neħtieġu napprezzaw il-maġija tat-teatru, għax qed naraw aktar u aktar persuni japprezzaw iżjed l-arti. Permezz tal-inizjattiva tagħna, Teatru Depożit, qed ninvestu fl-artisti issa biex imbagħad naħdmu magħhom iżjed tard. Bażikament qed inħallsu depożitu lill-artisti li jipproponu li jaħdmu magħna fuq proġetti li fil-futur nistgħu nittrasformaw f’realtà. L-artisti se jitħallsu depożitu issa għax-xogħol ġejjieni tagħhom, depożitu meta huwa l-iżjed meħtieġ”, spjega d-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar.

“L-artisti u l-performers huma ħaddiema li ġew affettwati bil-Covid-19, u se jkunu qed jibbenefikaw minn għotjiet u miżuri finanzjari li diġa tħabbru mill-gvern. Iżda lil hin minn dak, aħna se nkunu qed ninvestu aktar f’dawn in-nies permezz tal-inizjattiva brillanti li hija Teatru Depożit” spiċċa jgħid il-Ministru Herrera.

L-inizjattivi kollha se jkunu qed isiru b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Aktar dettalji dwar kif tipparteċipa jew tibbenefika mill-inizjattivi jinsabu fuq www.teatrumalta.org.mt.