#BEZZJONI: Joe Quattromani
Il-ġimgħa li għaddiet morna nħabbtu fuq il-bieb ta’ Joe Quattromani biex naraw kif inhu u nistaqsuh kif sejjer waqt din il-pandemija. Ma kinitx diffiċli wisq biex insibu l-bieb u lanqas biss kellna għalfejn inħabbtu fil-fatt, għax Joe kien hemm jistenniena bil-ħerqa 🙂 puntwali bħal dejjem! Xejrilna u leqgħana, bħal dejjem bi tbissima dħulija u konversazzjoni interessanti dwar il-fatt li ilu xahrejn wieqaf fi żmien fejn suppost kellu jkun impenjat. Waqt li smajnieh, huwa ħa mument biex jiżgura li nsellu għall-ex kollegi tiegħu li qed nippjanaw li nżuru wkoll. Qalilna kif l-email tiegħu ġie hacked b’mod misterjuż matul l-Għid u qasam xi ħsibijiet magħna dwar il-ħajja fiż-żmien tal-COVID-19. Dan kollu bħala parti mis-serje ta’ Teatru Malta #BEZZJONI, serje ta’ laqgħat bieb bieb ma’ ikoni tat-teatru Malti.
Mal-udjenzi lokali tar-radju, palk, telviżjoni u film, Joe ma għandux bżonn introduzzjoni. Minbarra li huwa attur popolari, huwa għalliem tad-drama, direttur teatrali u produttur ta’ bosta xogħlijiet għall-palk u r-radju. i.e. Anzjan f’kull forma ta’ arti drammatika.
“Mill-bidu nett tal-pandemija, obdejt l-ordnijiet u ssakkart id-dar. Ma kinitx haġa faċli għalija li kont għadni attiv. L-affarijiet li nħobb nagħmel, radju, palk, televiżjoni u film għalija waqfu ħesrem. Però minn din il-waqfa ħadt opportunità. Dort dawra madwari u rranġajt ħwejjeġ li kien ilhom jistennew. Saħansitra spiċċajt nikteb l-istorja ta’ ħajti. Nista’ ngħid li għalija din kienet, “blessing in disguise.”
“Kuraġġ ħbieb. Saħħa.
– Bezzjoni Joe!