Philip Leone-Ganado
Biografija
Philip Leone-Ganado huwa direttur, attur u produttur. Tħarreġ fil-London Academy of Music in Dramatic Arts (LAMDA) fejn iggradwar b’MA fid-Direzzjoni fl-2020. Huwa l-fondatur ta’ WhatsTheirNames Theatre, li huma magħrufa l-aktar għas-serje Shakespeare in the Pub (2016-2018) u Shakespeare in the Garden (2020-sal-lum), li bħala parti minnhom ipproduċa u dderieġa Two Gentlemen of Verona, Twelfth Night, Much Ado About Nothing, Measure for Measure, A Midsummer Night’s Dream u Romeo and Juliet. Aktar xogħlijiet li dderieġa jinkludu: Constellations (2013), Image of an Unknown Young Woman (2016), Skieken f’Tiġieġ (2022), sitt ġrajjiet u naqra għala spiċċajna (kif spiċċajna) (2022) u proġett li kien magħmul minn awdjo u mixja, It Happened Here: Stella (2022). Bħala attur, xi xogħlijiet li ħa sehem fihom jinkludu ariona (2010), The Pride (2015), Romeo and Juliet (2015), An Enemy of the People (2018) u Class (2022).