The Best European Show
“The Best European Show,” għandha narrattiva li tiżvolġi fi storja komika iżda kommoventi, fuq sfond ta’ ġurija Ewropea eklettika li għandha l-għan li tiddetermina r-rebbieħa tal-ewwel festival tat-Teatru Ewropew.
Kull membru tal-ġurija jġib miegħu l-opinjonijiet differenti tiegħu, hekk kif janaliżża kull spettaklu bi skrutinju waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni, b’mod li tingħata pjattaforma fejn jiġu diskussi l-kwistjonijiet vasti marbuta mat-Teatru Ewropew. Dan l-ispettaklu b’mod brillanti jgħaqqad l-azzjoni live tal-palk ma’ satira li tniggeż.
LINGWA: Ingliż
ETA’ TAD-DĦUL: 18+ Nirrakomandaw li l-udjenza tuża d-diskrezzjoni tagħha
Koproduzzjoni internazzjonali notevoli, maħluqa minn ħames teatri membri tal-ETC, li huma, Teatru Malta (MT), JK Opole Theatre (PL), SNG Nova Gorica (SI), Teatro Due (IT), u Kosovo National Theatre (KS).
Bl-appoġġ tal-ETC Development Grant.
TAĦDITA TEATRU: 10th February,2024
TAXI TEATRU: ĦALLI L-KARROZZA TIEGĦEK ID-DAR! Ibbenefika minn skont ta’ 10% (sa EUR2) ma’ eCabs inti u sejjer u titlaq minn ‘The Best European Show’ billi tuża l-kodiċi promozzjoni TEATRU30.
Tim Kreattiv
Paola De Crescenzo
Davide Gagliardini
May-Linda Kosumovic
Armend Smajli
Ana Facchini
Ibrahim Koma
Felix Römer
Weronika Kozakowska
Błażej Stencel
Philip Leone-Ganado
Gianni Selvaggi
Antonella Axisa
Sarah Amato
Team tal-Produzzjoni
KoKittieba: Haris Pašović u Marko Bratuš
Direttur: Haris Pašović
Drammaturgu: Sean Buhagiar
Disinn tas-sett u Kostumi: Krystian Szymczak
Kompożitur: Trimor Dhomi
Disinn tad-Dawl: Claudio Coloretti
Koreografu: Robert Nuha
TOUR
Teatr Kochanowskiego w Opolu fil-Polonja Dati: 13-15 ta’ Ottubru 2023(l-ewwel serata)
Fondazione Teatro Due f’Parma l-Italja Dati: 21-22 ta’ Ottubru 2023
Teatru Malta fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta, Malta Dati: mid-09 sal-11 ta’ Frar 2024
SNG Nova Gorica fis-Slovenia Dati: mis-16 sal-21 ta’ April 2024
Teatri Kombëtar i Kosovës fil-Kosovo Dati: mill-25 sas-27 ta’ April 2024