Peter Galea

Attur

Biografija

Peter ġietu l-ħajra tal-palk meta kien jgħix għal ftit snin ġewwa Los Angeles. Fl-2001 ħa sehem fl-ewwel produzzjoni fit-Teatru tal-Kavallier San Ġakbu bl-isem Amphitryon. Matul is-snin ħa sehem ukoll fi produzzjonijiet fit-Teatru Manoel: Ċella Numru 5, One For The Road, u Traditur. Fl-2009 ingħaqad mal-grupp teatrali Du f’Appuntamenti, li kien id-dramm li ħa l-ewwel premju fil-Konkors tal-Kitba għall-Palk Francis Ebejer. L-aktar dramm riċenti li ħa sehem fih kien Fejn Jeħodna r-Riħ. Ħa sehem ukoll f’diversi xogħlijiet televiżivi li jinkludu: L-Evanġelisti, Deċeduti, Prima Facie, It-Tfal, Andrew and Sue, u l-iktar riċenti Santa Monika.