Raymond “Fight”’ Beck
Erba’ naħat imdawrin bil-ħbula. Rawnds ta’ tliet minuti. Żewġt irġiel jiġġieldu – rebbieħ wieħed. Raymond Beck lest jagħmel kollox għall-familja tiegħu, jew almenu dak li fadal minnha. Huwa jerġa’ lura għar-ring għatxan għall-flus u l-glorja. Imma x’irid verament? Irid jisfida lil Dyson "Tosa Inu" Cumbo għall-Kampjonat Malti tal-Piżijiet Medji. Filwaqt li jkun qed jitħarreġ għall-ġlieda l-kbira fil-konfini tar-ring, huwa jirrealizza li hemm battalji oħrajn lil hinn mill-erbat iħbula tar-ring. Id-daqqiet ta’ ponn jistgħu jiġu minn kullimkien, aħjar wieħed iżomm għajnejh miftuħin! Raymond irid iqum fuq saqajh qabel jgħaddi l-ħin jew jaqta’ jiesu. Miktub mill-kittieb żgħażugħ bravu André Mangion, Raymond "Fight" Beck hija ħrafa dwar il-ġlieda iebsa għal dak kollu li wieħed lest li jitlef għal dawk li jħobb – u għax-xjenza ħelwa li tinkurunah Kampjun!
“L-udjenzi tal-isport u tat-teatru t-tnejn jieħdu pjaċir jaraw xow tajjeb. Din it-taħlita togħġobna ħafna, bħalma jogħġobna naħdmu ma’ kittieba żgħażagħ li wrew potenzjal biex itellgħu xogħol ġdid bil-Malti.”
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
Biljetti Bakkarin: €15 (Marru)
Biljetti Normali: €20
Konċessjoniet: €15
Tim Kreattiv
John Montanaro
Davide Tucci
Żep Camilleri
Kim Dalli
Lilian Pace
Peter Galea
Jesmond Tedesco Triccas
Hector Bruno
Ray Abdilla
Philip Mizzi
Toni Busuttil
Andre’ Mangion
Frank Zammit
Lynne Salomone Reynaud
Team tal-Produzzjoni
Kitba: André Mangion
Direzzjoni: Sean Buhagiar
Disinn tas-Set: Adrian Mamo
Disinn tal-Kostumi: Marco Parascandolo
Mużika u Ħoss: Marmalja
Disinn tad-Dwal: Jimmy Grima
Direttur tal-Moviment: Kenneth Spiteri
Koreografu tal-Boxing: Super Stever Martin
Disinn tal-Irtokk: Jackie Grima
Ko-Produzzjoni: André Mangion
Maniġer: Noel D’Amato
Assitent tad-Direttur: Ann-Marie Camilleri
Maniġer tas-Set: Franco Rizzo
Props Master: Alan Attard
Kollaboraturi: Malta Arts Fund, Spazju Kreattiv