André Manġion
Biografija
André Mangion huwa kittieb kif ukoll attur. Beda t-taħriġ tiegħu mal-Freespirit Acting u kompla fi ħdan it-Teatru Manoel mal-grupp Teatru Manoel Youth Theatre (TMYT). Ħa sehem f’diversi proġetti teatrali kif ukoll fuq it-televiżjoni. Fl-2012 kiteb u rreċta fid-dramm It-Tfajjel ta’ fuq il-Bandla li rebaħ l-ewwel edizzjoni tas-Social Theatre Contest. Huwa rebaħ ukoll il-Premju tal-Kittieb Żagħżugħ fil-Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ u r-rumanz tiegħu, Tattoo ġie ppublikat fl-2013 minn Horizons. L-iktar xogħol reċenti li kiteb għat-teatru kien Raymond “Fight” Beck, li pproduċa flimkien ma’ Teatru Malta. Bħala attur ħa sehem f’aktar minn 25-il produzzjoni, fost l-aktar reċenti Ħekuba; B’Tal-Linja Jaqbillek Żgur; Il-Mitt Fehma tal-Kavallier John Giordimaina; Raymond “Fight” Beck; Il-Ħanina Maddalena; Amadeus u Repubblika Immakulata. Fl-2018, hu kien Scriptwriting Workshop Facilitator fil-One-Act Festival tal-MADC.