Studio Francis Ebejer

By Teatru Malta f'Koproduzzjoni ma' Teatru Manoel

Ħin
Ħinijiet Varji
Data
Mit-28 ta' Awwissu - sal-10 ta' Settembru, 2023
Post
Teatru Manoel

Studio Francis Ebejer 2023 hija inizjattiva ġdida ta’ xogħlijiet teatrali li tipprovdi lil dawk li jaħdmu fid-dinja t-teatru bl-għodod adattati biex jirriċerkaw u jiżviluppaw l-iskritti jew ix-xogħlijiet teatrali tagħhom permezz ta’ workshops u sessjonijiet ta’ feedback, li jirriżultaw fi kwalità artistika aktar b’saħħitha. Huwa organizzat minn Teatru Malta u Teatru Manoel li jixtiequ jikkonsolidawh bħala s-suċċessur naturali tal-Atelier Francis Ebejer u Premju Francis Ebejer, imniedin fl-2018 u fl-1995 rispettivament.

L-applikanti magħżula se jingħataw aċċess għar-riżorsi ta’ Studio Francis Ebejer, inkluż spazju għall-provi, mentoraġġ jew konsulenza,
iżda wkoll settijiet żgħar, props, kostumi, atturi u kollaboraturi kreattivi. L-SFE tista’ tonfoq sa massimu ta’ €5000 biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ xogħol wieħed.

Għal aktar informazzjoni dwar kif għandek tapplika għal Studio Francis Ebejer, agħfsu hawn.

Dan il-proġett qed isir f’ko-produzzjoni ma’ Teatru Manoel u huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Studio Francis Ebejer

Teatru Manoel Mit-28 ta' Awwissu - sal-10 ta' Settembru, 2023