SEJĦA: STUDIO FRANCIS EBEJER

15.06.23

Studio Francis Ebejer 2023 huwa inizjattiva ġdida ta’ xogħlijiet teatrali li tipprovdi lil dawk li jaħdmu fid-dinja t-teatru bl-għodod adattati biex jirriċerkaw u jiżviluppaw l-iskritti jew ix-xogħlijiet teatrali tagħhom permezz ta’ workshops u sessjonijiet ta’ feedback, li jirriżultaw fi kwalità artistika aktar b’saħħitha. Huwa organizzat minn Teatru Malta u Teatru Manoel li jixtiequ jikkonsolidawh bħala s-suċċessur naturali tal-Atelier Francis Ebejer u Premju Francis Ebejer, imniedin fl-2018 u fl-1995 rispettivament.

L-applikanti magħżula se jingħataw aċċess għar-riżorsi ta’ Studio Francis Ebejer, inkluż spazju għall-provi, mentoraġġ jew konsulenza,
iżda wkoll settijiet żgħar, props, kostumi, atturi u kollaboraturi kreattivi. L-SFE tista’ tonfoq sa massimu ta’ €5000 biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ xogħol wieħed.

Biex tapplika, jekk jogħġbok issottometti proposta li tiddeskrivi l-idea tiegħek għallfergħa li int interessat fiha, flimkien ma’ CV u kwalunkwe kampjun ta’ xogħol rilevanti. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil studiofrancisebejer@gmail.com sal 15 ta’ Gunju 2023 f’nofsinhar. L-applikanti magħżula se jiġu mistiedna għal diskussjoni mal-bord tal-għażla.