SEJĦA GĦAL APPLIKAZZJONIJIET

15.03.22

Stedinna lill-kumpanija tat-teatru ta’ fama dinjija Complicité tiġi tagħti l-masterclass tagħna!

Teatru Malta qed ifittxu sa 18-il persuna enerġetika li jagħmlu t-teatru biex iżidu l-għarfien tagħhom dwar il-ġisem fl-ispazju.
Din il-masterclass se tkun immexxija minn Catherine Alexander, Assoċjata ta’ Complicité, li se tiddedika ħamest ijiem sħaħ ta’ ħidma intensa. Bil-gwida tagħha, dawk li jfasslu t-teatru se jiksbu ħiliet u esperjenza f’dak li hemm bżonn biex jaqsmu l-ideat bejniethom u jaħdmu flimkien lejn it-tfassil tat-teatru.

Applikaw issa!