SEJĦA GĦALL-AWDIZZJONIJIET!

23.07.22

Dù Theatre b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta qed ifittxu grupp t’atturi sabiex jiffurmaw parti mill-kast tad-dramm ġdid miktub minn u b’direzzjoni ta’ Simone Spiteri. Id-dramm ġie kkummissjonat mill-European Theatre Convention bħala parti mill-proġett Pipelines u maħdum bi stil t’ensemble.

Il-kumpanija qed tfittex għadd t’atturi ta’ kull età u ġeneru minn 18-il sena ’l fuq li flimkien ser jiffurmaw parti minn Kor ta’ karattri. Huwa għalhekk importanti li l-atturi magħżula jkunu komdi jinterpretaw karattri individwali kif ukoll jaħdmu fi grupp magħqud u jħossuhom komdi jiċċaqalqu u jesperimentaw f’dinamika ta’ grupp. Il-karattri li jiffurmaw il-kast kollu huma kollha parti mill-Kor.

Għal aktar informazzjoni dwar din is-sejħa u biex tniżżel il-pakketti tal-awdizzjoni tiegħek, jekk jogħġbok żuru din il-ħolqa u ibgħat l-applikazzjonijiet tiegħek sa mhux iktar tard mit-23 ta’ Lulju 2022  biex titqies bħala kandidat eliġibbli.