Stephen Oliver

Attur

Biografija

Stephen stħarreġ bħala attur professjonali fl-Akkademja tal-Arti Drammatika Webber Douglas f’Londra. Huwa ħadem professjonalment bħala attur, coach tal-vuċi u direttur għal dawn l-aħħar 40 sena fir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Ewropa. Il-krediti ta’ dan id-direttur li rebaħ il-premijiet jinkludu: Allo ‘Allo, The Weir, Equus, Twelve Angry Men, Terra Nova, Dead Funny, Les Liaisons Dangereuses, Stepping Out, Chess, A Children’s Crusade, Ghetto, Blue Remembered Hills, A Clockwork Orange, Animal Farm, Breaking the Code, Having a Ball, Romeo and Juliet, A Midsummer Night’s Dream, Marat/Sade, Quartet, Brimstone and Treacle, Kindertransport, Dracula the Musical, 4.48 Psychosis, Pippin, Female Transport, The Wizard of Oz (RSC) u Murderer. Internazzjonalment, huwa għamel id-direzzjoni għal Godspell fit-Teatru Nazzjonali fi Split fil-Kroazja u Cabaret fit-Teatru Kimble f’Virginia fl-Istati Uniti.  F’Malta, huwa għamel id-direzzjoni għall-prestazzjoni inawgurali għall-produzzjoni Festen. Produzzjonijiet riċenti tiegħu jinkludu: One Flew Over the Cuckoo’s Nest, Amadeus u WTC fit-Teatru Manoel, Butterflies are Free, The Acrobat and Unintended fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, Metamorphosis fil-Forti Sant’Iermu, The Tempest fil-Ġonna ta’ San Anton, Death and the Maiden u The Memory of Water fi Blue Box. Huwa ser jidderieġi Breaking the Code fl-2022. Il-krediti tiegħu fir-reċtar f’Malta jinkludu Kes, Game, The Crucible, Black Comedy, As You Like It, Noises Off, She Stoops to Conquer, Skylight, Certified Male u bosta pantomimi, flimkien ma’ varjetà ta’ films li jinkludu: The Dovekeepers, 13 Hours, Lights on Her, Never After, Storbju, Icon, The Mystery of the Britannic u Beautiful Lie. Fl-2021, huwa ser jinterpreta l-parti ta’ King Lear u ser jidher f’Sweeney Todd fl-2022.