IL-QFIL U L-ĦELSIEN SKONT MANWEL DIMECH
SOLD OUT
Wieħed jista’ jgħid li l-vera sejħa ta’ Manwel Dimech kienet waħda: li jeħles lill-poplu Malti mill-oppressjoni, l-injoranza u l-biżà.
Il-ħelsien mill-Knisja u l-ħakma kolonjali kienet tfisser li l-poplu jinħeles minn ħajja mgħixa fil-ħakma tas-superstizzjoni u l-biża’ minn dik l-istess istituzzjoni li suppost kellha tħares fuqu. Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech huwa proġett mużiko-teatrali mfassal apposta biex joffri interprezzjoni minn għajnejn l-attivist kuraġġuż li witta t-triq tal-ħelsien b’għarfien, ħsieb u perseveranza.
B’kitba u direzzjoni ta’ Victor Jacono u b’kompożizzjoni u direzzjoni mużikali ta’ Kris Spiteri, din il-produzzjoni eċitanti se tittella’ fil-Ħabs Militari l-Qadim ta’ Kordin. Qumu u semmgħu leħinkom magħna f’Diċembru li ġej, sabiex naraw lil Dimech jirbaħ fuq il-faqar u l-illiteriżmu u jsir l-eroj li miegħu se ningħaqdu biex niċċelebraw il-mitt sena minn mewtu. Il-veru ħabs mhu xejn ħlief il-biżà nnifisha.
F’ ko-produzzjoni ma’ Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, u il-parteċipazzjoni tal-Ministeru Għall-Intern, Is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
*Teatru pedonali, speċifiku għas-sit, ġol-ħabs l-antik*
Tim Kreattiv
Storja: Victor Jacono u Kris Spiteri
Direttur u Kittieb: Victor Jacono
Direttur Mużikali, Kompożitur u Arranġatur: Kris Spiteri
Direttur tal-Moviment: Rochelle Gatt
Kowċ Vokali: Analise Cassar
Music Producer: Matthew James Borg
Disinjatur u Operatur Tad-Dawl: Domnic Attard
Inġenier, Konsulent u Operatur tal-Ħoss: Sergio Costa
___________________
Attur Prinċipali: Joseph Zammit
Kast: Debbie Scerri: Omm Manwel, Mark Tonna, Bettina Paris, Roger Tirazona, Edward Mercieca, Stephen Oliver
Ensemble: Jackie Pace Delicata, Nikki Cassar, Hannah Marie Attard, Michaela Fenech
Abigail Maria Zarb, Karl Cassar, Jonathan Mohnani, Marco Calleja, Andrew Barberi, Rambert Attard, Martina Schembri, Leah Mifsud, Gianluca Cilia, Jayden Micallef
Band: Robert Spiteri (drums), Eric Wadge (baxx), Kris Spiteri (pjanu), Matthew James (kitarra)
Team tal-Produzzjoni
Disinjatur tal-Kostumi Nicole Cuschieri
Disinjatur tal-Produzzjoni: Adrian Mamo