Roger Tirazona

Actor

Biografija

Roger Tirazona stħarreġ fl-Iskola tal-Mużika ta’ Johann Strauss fil-Vuċi u l-Pjanu u ilu involut fil-mużika u l-arti performattiva Maltija minn meta kellu 9 snin. Il-prestazzjonijiet li ħa sehem fihom fi tfulitu jinkludu Bastilja, Taħt Tliet Saltniet u Ali Baba. L-interpretazzjonijiet ta’ Roger ikopru firxa ta’ dixxiplini u avvenimenti li jinkludu t-teatru mużikali, pop, prestazzjonijiet tradizzjonali u klassiċċi tal-mużika, u r-reċtar f’Malta u barra minn Malta. L-aktar interpretazzjoni riċenti ta’ Roger kienet bħala Gomes f’ The Addams Family – A New Musical u l-parti ewlenija f’The Phantom of teh Opera fl-ewwel turija tal-prestazzjoni fl-MFCC. Krediti li għandhom x’jaqsmu mat-Tearu Mużikali jinkludu: Javert f’ Les Miserables in Concert (MCC); Adam f’ Seven Brides for Seven Brother (Teatru Manoel); Horton f’Seussical (Teatru Manoel) u Chauvelin f’The Scarlet Pimperel (L-Oratorju, Għawdex), fost bost rwolijiet oħrajn. Huwa rebaħ il- Konkors Kanzunetta Indipendenza fl-2004 u ġie it-tielet u t-tieni fil-Kanzunetta ta’ Malta fl-Ewropa bħala part mill-grupp pop-klassiku vokali “Trilogy”. Roger ukoll rebaħ il-’Grand Prix’ fil-kompetizzjoni  Discovery Pop Singer fl-2006, u ingħata il-premju għall-aħjar performer fin-New Asian Singer Contest f’Beijing fl-2010. Roger ukoll ingħatu premju fil-qasam tal-inerpretazzjoni fl-arti performattiva f’Napli, fl-Italja fl-2010. “Trilogy” wkoll serva bħala opportunità biex jieħu sehem f’kunċerti internazzjonali fl-Italja u t-Tuneżija. Kunċerti solo li għamel Roger jinkludu postijiet f’Malta, ir-Russja, l-Italja, il-Maċedonja u l-Litwanja fost oħrajn. Roger ukoll kien id-Direttur Mużikali u l-coach tal-vuċi għal spettakli bħal 13- The Musical, R&J Forever, Simply Webber, Comedy Tonight u  pantomimi tal-Miilied imħejjin mill-MADC.