Rebecca Camilleri

Attriċi u Direttriċi

Biografija

Rebecca Camilleri hija attriċi Maltija, produttriċi teatrali, kittieba, u edukatriċi tad-drama li matul is-snin ħadmet fit- teatru, f’xogħol kummerċjali, u f’films. Hija tħarrġet ma’ prattikanti teatrali diversi, kemm lokalalment kif ukoll barra l-pajjiż, u fl-2018 hija ggradwat mill-ArtsEd, Londra, b’Masters fir-Reċtar.

Xi ftit mill-krediti tagħha jinkludu: Twelfth Night, A Comedy of Errors, A Midsummer Night’s Dream, u Romeo and Juliet mal-WhatsTheirNames Theatre, Sette (VII) man-New Victorians, it-tour skolastiku ta’ Romeo and Juliet/Macbeth mal-
Guildford Shakespeare Company, Sunrise mal-FM Theatre, The Taming of the Shrew (MADC), Coelacanth mat-teatru
Moonchild, u oħrajn.

Dan l-aħħar hija kitbet u dderiġiet Jimmy and the Apocalypse minn Studio 18 għall-Festival tas-Sajf tax-Xjenza ta’
Esplora Esperimenta Tikka Xjenza, idderiġiet Meet John Boyne – Striped Pyjamas għal ŻiguŻajg Festival u l-Malta Book Festival u wkoll għamlet ir-rwol ta’ Kattrin f’Ma Kuraġġ ma’ Teatru Malta.