Victor Debono

Attur

Biografija

Victor ha it- training tieghu fit Teatru mill-Akkademja Drammatika tat-Teatru Manoel, u baqa’ jikseb aktar esperjenzi ta training fiziku u vokali minn esperjenzi mal- Webber Douglas fl- Londra, Atalaya Teatro Esperimental Andaluz, l-Universita’ ta Perugia,Teatro S’arza ta Sassari.Victor huwa ghalliem tad – Drama u bhalissa jghallem id- Drama fil- Malta Visual and Performing Arts School. Victor dejjem ipprefera id-dixxiplina tat-teatru milli dik tat-televizjoni, u dejjem ipprefera direzzjonijiet godda u li joffru xi tip ta sfida.Esperjenzi teatrali inkludew Yerma, L-Ghadu tal- Poplu, Desire under the Elms, Xi Haga ( ibbazata fuq La Chantatrice Chauve ) ,Qalb ta Kelb, Il-Jien u Lil Hinn Minnhu, The Jubilee, Anne of the Thousand Days, The School for Scandal, One Flew over the Cuckoo’s Nest ( Teatru Menz ), The Elephant Man, Attempts on Her Life, Metamorphosis, All’s Well that Ends Well,King Lear, Island of Dreams , A Very Old Man with Enormous Wings, Marat/ Sade, Il- Gawwija, In- Nisa Fenici, Agamemnon, Some Explicit Polaroids, Ohio Impromptu, Twelfth Night, Arsenic and Old Lace, Olly’s Prison, Jien Inhobb Inti Thobb, Festen, One Flew over the Cuckoo’s Nest ( Masquerade ) , Death and the Maiden, En Folkefiende/ An Enemy of the People ( Unifaun ) , Is- Serra , Amadeus , u The Tempest. Victor ihobb livjaggar, il-qari, u kull tip ta arti viziva u skultura.