Is-Serra – The Hothouse
Fil-kuntest tal-mewġa ta’ testimonjanzi li ħarġu mill-qasmiet tal-Isptar Monte Carmeli, Teatru Malta għażlu l-programm tad-Direttur Żgħażugħ/Direttriċi Żgħażugħa bħala l-palk għal wieħed mill-aktar drammi kurjużi ta’ Pinter. The Hothouse mill-ewwel jingħaraf bħala wieħed mill-aktar xogħlijiet kumplessi u intriganti ta’ Pinter, li jseħħ f’sanatorju fejn dawk l-hekk imsejħa “pazjenti” huma fil-fatt dissidenti politiċi li jkunu qed jaqilgħu diversi trattamenti korrettivi ħorox. Taħt id-direzzjoni tad-direttur promettenti André Agius u mtellgħa fit-teatru ta’ Monte Carmeli stess, The Hothouse se tiffoka fuq l-inumanità u l-korruzzjoni każwali li jdennu qiegħ il-pilastri tal-awtorità istituzzjonali.
“Kien hemm ħafna testimonjanzi dwar stejjer li qed jiġru fil-kurituri ta’ sptarijiet lokali tul din l-aħħar sena. Għażilna dan ix-xogħol kontroversjali ta’ Pinter ukoll biex inqajmu diskussjoni dwar is-suġġett.”
Tim Kreattiv
Roote: Victor Debono
Ms Cutts: Maria Buckle
Lamb: Benjamin Abela
Lush: Kurt Castillo
Tubb: Joe Depasquale
Gibbs: Mark Mifsud
Lobb: Anthony Ellul
Team tal-Produzzjoni
Kittieb: Harold Pinter
Traduttriċi: Simone Spiteri
Direttur: André Agius
Mentor: Irene Christ
Assistent Direttur: Emma Micallef
Maniġer tal-Palk: Sarah Grech
Disinn tas-Set: Romualdo Moretti
Disinn tal-Ħoss: Luke Cucciardi
Disinn tad-Dawl: Christopher Gatt
Disinn tal-Kostumi u Props Master: Nicole Cuschieri
Disinn tal-Irtokk u Xagħar: Mandy Zammit and Christian