Raquel Sammut

Mużiċista

Biografija

Raquel Sammit hija drummer u perkussjonista Maltija, imwielda fl-2001. Il-passjoni tagħha għall-mużika u t-teatru, flimkien mal-imħabba għall-arti letterarja, ratha tieħu sehem f’diversi proġetti multidixxiplinari matul is-snin. Hija gradwata bl-unuri fil-Malti u bħalissa qed isservi bħala Direttur għall-Arti u l-Kultura fi ħdan il-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (KNŻ 2023-2024) wara li serviet bħala Uffiċjal għall-Kultura u d-Divertiment fi ħdan il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU 2022-2023).

Raquel ilha ddoqq id-drums u l-perkussjoni għal kważi 10 snin u bdiet ukoll tgħallem l-istess strumenti madwar tliet snin ilu. Għalkemm l-għeruq tagħha jinsabu fil-mużika Rock u Alternattiva, hija interessata ħafna fil-biċċa l-kbira tal-ġeneri l-oħra, speċjalment it-Teatru Mużikali. Minn gigs fuq skala żgħira għal kunċerti akbar, Raquel ilha idoqq regolarment ma’ diversi mużiċisti ta’ talent f’ambjenti differenti u ma’ folol differenti. Prestazzjonijiet notevoli jinkludu ŻiguŻajg (2018), KUBU+ (2018), il-Malta Arts Awards (2018), Harbour Odyssey – the Malta Arts Festival (2019, 2022), Notte Bianca (2019), Bejn Linja u Oħra (2021), the Malta Film Awards (2022), Ron de Vu (2023), kif ukoll diversi interpretazzjonijiet ta’ Strummin’, Mumenti, SAC Soiree u l-KSU Students Fest.

Kienet ukoll parti mill-Malta Youth Orchestra bejn l-2018 u l-2020. L-aktar kisba riċenti tagħha kienet id-debutt tagħha bħala direttriċi fil-KSU Students’ Fest 2023, fejn tat il-ħajja lil “Alice in Bormla”. Bi 3 iljieli ta’ spettaklu mibjugħa u cast u crew ta’ aktar minn 230 ruħ, dan l-ispin-off oriġinali ta’ Disney huwa bla dubju proġett li għandu post speċjali f’qalb Raquel bħala xhieda tal-viżjoni artistika, id-dedikazzjoni u l-kreattività tagħha.