DIK IS-SIĠRA F’NOFS TA’ TRIQ
NOTA FUQ IL-POST: Membri tal-udjenza huma infurmati li għandhom jidħlu mill-grada ewlenija (Gate 9) (użaw il-ħolqa hawn taħt) / mid-daħla tal-garaxx tal-Kampus tal-MCAST Paola (użaw il-ħolqa hawn taħt).Nies li ser jattendu għal dan l-ispettaklu, jistgħu jipparkjaw f'dan il-carpark b'xejn.
Miktub mill-awtur u l-poeta Immanuel Mifsud b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon., Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq hija spettaklu bil-mixi li jirrakkonta l-istorja ta’ triq partikulari fejn kulħadd jaf lil kulħadd, u kulħadd jaf kollox, jew mhux eżattament kollox, imma kważi. Il-pressjonijiet u l-wegħdiet foloz tal-progress qed joħolqu pressjoni fuq il-komunità u s-siġra maestuża fl-aħħar ta’ta’ din it-triq twila. Din hi s-siġra qadima li, skont ix-xniehat, ilha hemm ħafna qabel mit-triq. Is-siġra saret inkonvenjent? Hekk naħsbu. Jew hekk smajna.
Mifsud iħares lejn it-tensjoni bejn il-passat u l-preżent u jagħtina storja li hija kemm reali u metaforika, b’element qawwi ta’ realiżmu maġiku. Mimlija b’karattri fantastiċi u b’kast ta’ ‘l fuq minn 20 artist tal-ispettaklu, din il-produzzjoni se tkun mimlija emozzjonijiet, elementi viżwali maġiċi, akkrobatika, kanzunetti memorabbli u emozzjoni varata b’mod verament uniku.
B’90% tas-sett u l-kostumi rreċiklati, din il-produzzjoni hija waħda li hija konxja tal-ambjent. Dan ix-xogħol teatrali ser ikun l-ewwel darba fejn ser inkunu qed invaraw xogħol fuq il-kampus ta’ MCAST Paola, ħdejn l-uffiċini ġodda tagħna, u ser tiftaħ waqt il-Malta International Arts Festival.
Dan il-proġett qed iseħħ b’kollaborazzjoni ma’ Theatre Anon. għall-Malta International Arts Festival u huwa megħjun minn MCAST u l-Kunsill Malti għall-Arti.
ETÀ: PG
LINGWA: Malti
TAĦDITA TEATRU: 16 ta’ Ġunju, 2023
TAXI TEATRU: ĦALLI L-KARROZZA TIEGĦEK ID-DAR! Ibbenefika minn skont ta’ 10% (sa EUR2) ma’ eCabs inti u sejjer u titlaq minn ‘Dik is-Siġra f’Nofs ta’ Triq’ billi tuża l-kodiċi promozzjoni TAXITEATRU ****(b’**** qed infissru l-4 ċifri li jirreferu għad-data u x-xahar tal-ispettaklu li se tattendi, pereżempju ‘TAXITEATRU1606’) fuq l-app tal-eCabs tiegħek.
NOTA IMPORTANTI: Din il-produzzjoni timxi minn post għall-ieħor u b’hekk l-udjenza trid timmarċja wara l-attur u l-banda tal-imqarbin. Għaldaqstant, l-udjenza se tkun mitluba biex toqgħod bilwieqfa għal xi partijiet tal-ispettaklu u tpoġġi bilqiegħda waqt oħrajna. L-ispettaklu jdum siegħa u nofs.
NOTA FUQ IL-POST: Membri tal-udjenza huma infurmati li għandhom jidħlu mill-grada ewlenija (Gate 9) (użaw din il-ħolqa) / mid-daħla tal-garaxx tal-Kampus tal-MCAST Paola (użaw din il-ħolqa).Nies li ser jattendu għal dan l-ispettaklu, jistgħu jipparkjaw f’dan il-carpark b’xejn.
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€ 20 (Prezz Standard), € 15 (Konċessjoni), €5 (Taħt il-25 Sena)
#TLIETATTLIETA: OFFERTA SPEĊJALI! Agħżel 4 biljetti għall-ispettaklu tagħna tat-TLIETA 20 TA’ ĠUNJU u ħallas għal 3.
Tim Kreattiv
Direttur: Chris Gatt
Assistent Direttur u Artist : Paul Portelli
Kast: Charlotte Formosa, Eva Mallia Consiglio, Jamie Cardona, Sarah Vella, Marjann Attard, Daniela Carabott Pawley. Matthias Camilleri, Nadine Farrugia, Nicole Mangion, Charlotte Grech, Pierre Stafrace, Liliana Portelli, Justin Galea, Douglas Comley, Sandra Mifsud u Paul Portelli.
Disinn u L-Ħolqien tas-Sett: Jennings Falzon
Disinn u l-Ħolqien tal-Props: Paul Portelli u Pierre Stafrace
Direttur tal-Moviment u Artist tal-Ispettaklu: Sandra Mfisud
Direttur Mużikali u Kompożitur: Albert Garcia
Mużiċisti: Tatjana Chircop u Raquel Sammut
Disinn u l-Ħolqien tal-Kostumi: Liliana Portelli u Marcon Pisani