Pierre Stafrace

Attur

Biografija

Ħadem ma’ ħafna mill-kumpaniji ewlenin tat-teatru f’Malta, u interpreta varjetà kbira ta’ rwoli f’forom differenti ta’ teatru; minn Ariel, Puck u Feste f’Shakespeare sa Dame, Comic u Principal Boy f’pantos; Jimmy f’ Look Back in Anger, Marat f’Marat/Sade u Henry f’Dwar Menopawzi, Minorenni u Muturi High Speed.

Membru fundatur tal-grupp tejatrali Theatre Anon li miegħu kellu ħafna partijiet, fost l-oħrajn Kafka f’Metamorphosis, Alex f’100, u diversi personaġġi f’Ir-Ritorn u ħadem ukoll bħala puppeteer f’Ospizio, Land of the Big Word Factory, Daqsxejn ta’ Requiem għal-Leli u Little Prince.