Marko Bratuš

Ko-kittieb

Biografija

Imwieled fid-9 ta’ Ottubru 1979 f’Ljubljana, is-Slovenja. Studja d-dramaturġija u d-direzzjoni tar-radju fl-Academy for Theatre Radio Film and Television fl-Università ta’ Ljubljana. Jaħdem bħala direttur tat-teatru u anke tal-films, dramaturgu, mużiċista, terapista/konsulent, u skriptist għat-televiżjoni, film, radju u teatru.

Kiteb diversi xogħlijiet għat-teatru u għar-radju, ħadem bħala kittieb ta’ żewġ spettakli tat-tfal fuq it-televiżjoni nazzjonali (Studio Kriškraš, Firbcologi). Kiteb diversi films qosra għat-tfal li ntwerew fl-Ewropa u l-Asja (permezz tal-EBU u l-ABU) u anke feature length film. Huwa wkoll skriptist ta’ serje animata stop motion Koyaa. Fl-2007 huwa kien wieħed minn dawk li nedew l-ewwel internet media Vest. si Slovenjan, fejn hu ħadem bħala kap tal-istudio production u kien responsabbli mill-ħolqien ta’ formats ġodda.

Sa mill-2008, kien ġurija u kien wieħed minn dawk responsabbli għall-għażla ta’ network ta’ atturi mhux professjonali fis-Slovenja. Sa mill-2016 ħadem bħala d-direttur artistiku tas-Slovenian National Theatre ta’ Nova Gorica fejn beda u kkollabora ma’ għadd ta’ proġetti internazzjonali.