Mark Tonna

Acotr

Biografija

Mark Tonna beda l-karriera mużikali tiegħu meta kellu ħdax -il sena meta kien jifforma part mill-kor tal-iskola u l-grupp tal-kitarra. Mill-quddies ‘folk’, Mark ifforma l-ewwel grupp pop tiegħu. Wara, kien jifforma parti minn għadd ta’ rock bands, sakemm fl-1993 ddeċieda li sar il-ħin li jsir solista. Marka ħa sehem f’għadd ta’ musicals lokali u barranin li għinu biex isaħħaħ l-abbiltjiet tiegħu fir-reċtar u l-kant. Fl-1996, l-ewwel CD album bl-isem “Before my eyes” kien għall-bejgħ. Hu kiter il-mużika u l-lirika għal kwaċi kull kanzunetta fuq l-album. Fil-fatt, Mark Tonna mhuwiex biss kantant, imma wkoll huwa mużiċist, kompożitur u kantawtur. Hu kiteb diversi kanzunetti għal kantanti oħrajn. Fl-istess sena, Mark ikkompona l-muzika tal-ewwel musical tiegħu bl-istem ta’ Jisimni Katarina, musical dwar il-ħajja u l-martirju ta’ Santa Katarina.Sena wara, hu mhux biss ikkompona l-mużika, imma wkoll kiteb il-lirika għat-tieni musical tiegħu bl-isem ta’ Mill-Jasar Għall Qawmien. F’dal-każ, il-ġrajja tal-musical kienet tikkonċerna l-ħajja ta’ Ġesù Kristu. Huwa sehem f’għadd ta’ festivals lokali li jinkludu Il-Kanzunetta għall-Ewropo, Il-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, L-Għanja tal-Poplu, li rebaħ fl-1996, u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza festival, li rebaħ fl-2000. Hu wkoll rebaħ l-Premju għall-Aħjar Prestazzjoni Artistika Internazzjonali fil-Bulgarija fejn kien irrappreżenta lil Malta fid-Discovery Festival. Mark ukoll aġmel xogħol fl-arti performattiva f’għadd ta’ pajjiżi li jinkludu: l-Italja, l-Emirati Għarab Magħquda, it-Tuneżija, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, it-Turkija, l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja. Għal erba’ snin konsekuttivi, Mark Tonna kien nominat fil-kategorija ta’ ‘l-Aħjar Kantant Maskiki’ fil-Malta Music Awards.