Marco Calleja

Attur

Biografija

Imwieled f’Malta, Marco Calleja huwa direttur, produtur, edukatur, preżentatur televiżiv u performer.F’Malta, huwa ħadem ma’ varjetà ta’ kumpaniji fuq għadd ta’ drammi, pantomimi, musiclas u ballets. Huwa wkoll waqqaf kumpanija teatrali Hoi Polloi Theatre Productions fl-2003. Huwa imbagħad kompla jesplora l-edukazzjoni tal-arti performattiva għat-tfal u l-adoloxxenti meta waqqaf l-Akkademja Hoi Polloi fl-2013. Marco mar jgħix Londra fl-2016 biex jistudja Maġistera f’ Prattika Teatrali Avvanzat fl-Iskola Rjali tad-Diskors u d-Drama u huwa ggradwa fl-2017. Din l-esperjenza ħeġġet il-passjoni ta’ Marco għat-tfassil tat-teatru, il-moviment u x-xogħol interdixxiplinarju. Huwa inkredibbilment interessat li jesplora xogħol eżistenti minn lenti ġdida kontemporanja billi joħloq xogħol teatrali ġdid li jikkritika u jsaqsi l-mistoqsijiet dwar problemi kurrenti waqt li toħloq interess fl-udjenza. Billi hu għandu lawrja fix-Xjenzi Ħajjin, Marco huwa wkoll interessat f’kif l-arti u x-xjenza jistgħu jinteraġixxu u jinfurmaw lil xulxin. Il-krediti li għandhom x’jaqsmu mad-direzzjoni tiegħu jinkludu: he Wizard of Oz – Panto (MFCC, 2012), Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat (MCC, 2011), ‘This Thing Called Love’ (Teatru Manoel, 2006) u CATS – the musical (VCT, 2019). Il-kretti televiżivi tiegħu jinkludu lilu nħala: Daniel f’Santa Monika, Bazzati f’Deheb il-Karta u It-Tmien Nota. Bħalissa, Marco wkoll huwa l-produttur u l-preżentatur televiżiv ta’ #KikkraTe. Huwa wkoll għamel il-produzzjoni għat-tielet staġun ta’ Il-Klikka (2012) u FUQNET (2017). Meta ma jkunx fuq il-parlk jew l-istudjow tal-provi, marco ikun qed jara l-films, jaqra, jgħidm l-istejjer, jgħum, jew jimraħ minn post għall-ieħor.