Lee-N Abela

Attriċi

Biografija

Lee-N iggradwat fir-Reċtar u t-Teatru Kontemporanju minn East 15 Acting School, studjat l-Arti Performattiva fi Trinity College, Londra u studjat id-Direzzjoni Teatrali f’Morley College, Londra. Hija ngħatat żewġ “ExhibitionAwards” mill-Kulleġġ tat-Trinity għall-Aħjar Performer fl-Ewropa.

Il-krediti teatrali ta’ Lee-N bħala prattikanta tat-teatru huma varji immens. F’Malta, hija dehret fl-ispettaklu għal mara waħda ta’ Carolyn Gage, The Second Coming of Joan of Arc, il-monologu ta’ Samuel Beckett Not I, u s-sena l-oħra, fit-teatru artistiku ta’; Ruben Zahra u l-wirjiet kontroversjali tal-mara maskarata fit-toroq, Min Hi?, miktub minn Trevor Zahra.

F’Londra, hija ħadmet f’Landscape ta’ Harold Pinter fil-Cockpit Theatre flimkien ma’ Henry Woolf taħt id-direzzjoni ta’ David Erdos; kienet assistent direttur għal Weekday Nights ta’ Luke Barnes li kienet parti mill-programm dwar l-inklużjoni soċjali tat-Teatru Nazzjonali taż-Żgħażagħ għal żgħażagħ f’riskju fil-Unicorn Theatre; kienet ukoll Ambaxxatriċi għall-Barbican Centre f’Londra. Fil-Barbican hija ħadmet f’Mademoiselle Julie ta’ Strindberg taħt id-direzzjoni ta’ Frédéric Fisbach, fejn il-protagonista kienet Juliette Binoche.