Min Hi?
Hemm linja famuża minn film, li tgħid li f’Halloween, kulħadd għandu jieħu mqar qatgħa waħda tajba. Aħna ridna nagħmlu proprju dan. Teatru Malta qed jaħdem fuq sensiela ta’ installazzjonijiet tat-triq imnebbħin minn storja qasira miktuba minn ħadd ħlief dak li ħoloq lin-Nanna Ġenoveffa. Il-quċċata ta’ dawn l-installazzjonijiet se tkun spettaklu teatrali mhux tas-soltu, li jqajjimlek ġismek xewk xewk. Pero’ qabel kollox, l-udjenza trid issibha. Imma lil min? nistħajjilkom tistaqsu.
Smajna li hemm mara xiħa stramba tiġri ’l hemm u ’l hawn. Qed iddur minn triq għal oħra u minn pjazza għal oħra – iżda ħadd ma jaf min hi jew għalfejn qiegħda hemm. Darba minnhom qabduha tqatta’ l-pupi u tgħaffġilhom rashom; min hi? Imbagħad darb’oħra bdew jgħidu li rawha fi sqaq mudlam, tmelles ras ħanżir bid-demm iċarċar ma’ saqajha; min hi? Il-ġimgħa l-oħra, tal-laħam qal lil tal-merċa li rawha tbeżlaq u tlissen ir-rużarju fl-istess ħin. Ħadd ma jaf fejn se terġa’ titfaċċa. Mela min il-istrina hi?
U fejn qed tistaħba?
Informazzjoni Fuq il-Biljetti
€ 15 / € 12 (konċessjoni)
Tim Kreattiv
Attriċi: Lee-N Abela
Soprano: Nadia Vella
Team tal-Produzzjoni
Direzzjoni u Mużika: Ruben Zahra
Kittieb: Trevor Zahra
Immaniġjar tal-Produzzjoni: Soundscapes
Dwal: Moritz Zavan
Ħoss: Alec Massa – Digital Magic
Props: Jennings Falzon
Makeup: Chantal Busuttil
Mask: Stefan Priehyba