L-INTERROGAZZJONI
Lee-N Abela tidderieġi L-Interrogazzjoni, id-dramm ġdid trasgressiv tal-kittieb Alfred Buttigieg. X’għandu jagħmel wieħed meta l-pulizija tiddikjara każ bħala magħluq, u l-irjus il-kbar idawru ħarsithom lil hinn mill-fatti? Jikteb dramm dwaru. Il-produzzjoni ddaħħalna fir-relazzjoni kumplessa tal-koppja Martina u Stephanie li jispiċċaw priġunieri fi ħdan il-konfini klaustrofobiċi tal-passat trawmatiku tagħhom. Il-feriti jinfdu fil-fond, forsi saħansitra daqskemm hija fonda l-imħabba li jaqsmu. Din tiggrava l-ossessjoni li Martina u Stephanie għandhom għal xulxin sa ma jilħqu punt kritiku fejn l-istess ossessjoni tasal biex tiżbroffa.
INFO DWAR IL-POST: Jekk se tixtri biljett għal L-Interrogazzjoni, tinsiex tħares sew lejn il-biljett. Se jkun fih numru tal-mobile. Qis li tibgħat il-messaġġ skont l-istruzzjonijiet biex tikseb l-indirizz sħiħ.
Dan l-ispettaklu se jsir f’residenza privata u l-udjenza se tingħata te jew inbid wara l-ispettaklu. Qtil, erotizmu, tè u inbid. Mhux ħażin għal serata barra.
Tim Kreattiv
MARTINA: Clare Agius
STEPHANIE: Angele Galea
Team tal-Produzzjoni
DIREZZJONI: Lee-N Abela
KITBA: Alfred Buttigieg
DISINN TAL-PRODUZZJONI: Andrew Borg Wirth