Gianluca Cilia

Attur

Biografija

Gianluca Cilia (m.2007) wera passjoni għall-kant minn ċkunitu. Wera interess ta’ vera meta kellu 6 snin, fejn beda l-lezzjonijiet tat-teorija tal-kant u l-mużika. Gianluca beda jipparteċipa f’varjetà ta’ festivals lokali fejn dejjem kien imfaħħar u mħeġġeġ biex ikompli jirfina t-talent tiegħu. Fl-2016 rebaħ l-”overall Grand Prix” tal-Festival Internazzjonali tal-Arpeggio li kien organizzat minn Erseb Productions. Fl-2017, Gianluxa rebaħ konkors għall-għażla ta’rappreżentazzjoni fil-Junior Revision fejn irrepreżenta lil Malta f’Tbilisi, Ġeorġja, b’ ‘Dawra Tond’. Fl-2018, Gianluca pparteċipa fl- Għanja tal-Poplu Żgħażagħ bil-kanzunetta ‘Ħaġar Qim’. Grazzi għal dan, Gianluca ingħata l-opportunità li jsiefer sa Londra biex jistduja l-mużika teatrali fil-West End. Gianluca kien part mill-produzzjoni Matilda li kellha sseħħ lokalment qabel bdiet il-pandemija. Il-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech ser jimmarka r-ritorn tiegħu lejn il-palk li verament iħobb. Apparti mill-kant u t-teatru, Ginaluca huwa wkoll pjanist u qed jaħdem ħafna biex ikompli jrawwem l-imħabba tiegħu lejn l-arti performattiva.