Felix Römer
Attur
Biografija
Félix Römer twieled fi Vjenna fl-1960. Wara li kiseb diploma fir-reċtar ħadem f’diversi teatri fl-Awstrija u l-Ġermanja bħal m’huma l-Burgtheater fi Vjenna, Schauspielhaus Graz, Frankfurt, Kassel u Dortmund, Theater an der Ruhr, fost l-oħrajn.
Fl-aħħar għoxrin sena Römer kien membru tal-ensemble ta’ Berliner Schaubühne, fejn deher f’diversi produzzjonijiet ta’ Thomas Ostermeier, Luk Perceval, Michael Thalheimer, Volker Lösch, Tom Kühnel, Katie Mitchell, Philipp Preuss u Milo Rau, fost l-oħrajn.
Ħa sehem ukoll f’diversi films taħt id-direzzjoni ta’ Lars Montag, Christoph Hochhäusler, Christian Petzold, Luk Perceval, Terence Malick u Alberto Corredor fost l-oħrajn.
Römer huwa l-awtur ta’ diversi reċti li ttellgħu f’għadd ta’ teatri Ġermaniżi.